COVID-19
Sidien ta’ ristoranti sodisfatti li l-klijenti qed juru fiduċja u ħeġġa li joħorġu

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’ fiduċja u anki ħeġġa biex jibdew joħorġu u jirrikreaw ruħhom f’normalità ġdida. Is-sidien li tkellmu magħna qalu li żammew il-ħaddiema kollha bis-saħħa tal-għajnuna li ngħataw mill-Malta Enterprise.

Tilfu n-negozju li jġib miegħu jum l-omm ta’ din is-sena, iżda s-sidien ta’ ristoranti li kienu mħassba fuq il-futur tagħhom minħabba l-pandemija fi tmiem dil-ġimgħa ħadu l-ewwel nifs meta fetħu mill-ġdid ir-ristoranti tagħhom b’ċerti limitazzjonijiet.

Uħud minnhom li tkellmu ma’ Television Malta qalu li jħossuhom kuntenti li reġgħu bdew idawru r-rota għax ħassew wisq in-nuqqas li jagħmlu x-xogħol li tant iħobbu, dik li jservu lill-klijenti u jarawhom kuntenti bis-servizz tagħhom.

Sid ta’ ristorant fl-Imsida, Michelle Muscat li minn nhar il-Ġimgha sal-Ħadd serviet diversi parruċċani u tqis li għalkemm b’inqas imwejjed xorta kellha bidu tajjeb.

“Mhux se jkun kif konna qabel, imma bdejna, lunches konna kwieti, imma filgħaxija bdew ġejjin in-nies, l-importanti li n-nies jafdawna, il-post huwa sigur”.

Chris Galea li jmexxi ristorant tal-familja fil-Mosta qalilna li s-soltu kienu jkunu mifqugħa bin-nies, imma jemmen li n-nies se jkomplu jżidu l-fiduċja biex jergghu jieklu barra u jirrikreaw ruħhom fir-ristoranti.

“Il-bidu ftit iebes, aħna kuraġġużi li mmorru dejjem għall-aħjar..sibna anki mill-klijenti kuraġġ biex niftħu”.

General Manager ta’ restorant f’lukanda Kevin Callus stqarr li minkejja li l-lukanda mhix tilqa’ residenti, fir-ristoranti kellhom bidu tajjeb.

“Ġew klijenti li kienu jiġu regolari, ftaħna kaffeterija u anki ristorant u anki l-pixxina, il-figuri jitjiebu biss jistgħu”.

Bi spazju bejn l-imwejjed, u kawtela fis-servizz, bl-istaff liebes il-visers jew maskri, u reqqa fit-tindif regolari wara kull klijent, is-sidien qalu li f’din normalità ġdida ser ikomplu jsaħħu dak li kien diġà jsir f’dik li hija l-iġene inġenerali fil-kċina u fuq l-imwejjed. Is-sidien qalulna li kuntenti li żammew lill-ħaddiema tagħhom u fiduċjużi li dan is-sajf ikomplu jżidu mal-klijenti li kellhom fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Wara li l-Università ta’ Malta semgħet id-dispjaċir tal-istudenti u l-familjari tagħhom għall-aħbar li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jiġu posposti hija qalet li se tipprova ssib soluzzjoni biex dawn isiru fiż-żmien tagħhom….

Immigrazzjoni

Grupp ta’ madwar 50 immigrant żbarkaw matul il-lejl li għadda f’Malta wara li kienu ilhom ġranet abbord il-bastiment  MV Talia. F’kitba fuq twitter l-għaqda Alarm Phone, qalet li wara ġranet maqbuda…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

Aktar