Qorti
Sidien tal-bars m’għandhomx joħolqu inkonvenjent lir-residenti f’żoni turistiċi – imħallef

Il-Qorti tal-Appell Kriminali laqgħet l-appell f’żewġ kawżi minn sitta li nfteħu minn resident li joqgħod fi Triq it-Turisti, f’San Pawl il-Baħar fuq daqq ta’ mużika għolja f’bar f’diversi okkażjonijiet li seħħew sentejn ilu.

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera rrimarkat li s-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati ngħatat mingħajr ma tqisu l-konklużjonijiet tar-rapport tekniku li sar mill-Perit maħtur mill-Qorti stess Robert Musumeci.

Qabel bdiet tisma’ l-appell, Dr Scerri Herrera sostniet li r-rapport tekniku kien sar mis-sieħeb tagħha l-Perit Musumeci u talbet lill-partijiet biex jiddikjaraw jekk isibux oġġezzjoni jekk hi għandhiex tkompli tippresiedi l-każ.

Il-partijiet kienu ddikjaraw fil-Qorti li ma jsibu ebda oġġezzjoni li l-Imħallef Scerri Herrera tkompli tippresiedi l-każ u għalhekk kien ġie deċiż li s-sentenza tingħata fil-31 ta’ Lulju.

Meta l-każ deher quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, Dr Musumeci kien tqabbad biex jagħmel rapport tekniku dwar l-effett tal-istorbju fl-inħawi tal-bar in kwistjoni.

L-Imħallef Scerri Herrera, fis-sentenza tagħha argumentat li dakinhar il-Qorti tal-Maġistrati ma kinitx ikkunsidrat il-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport u s-sentenza ngħatat fuq kunsiderazzjonijiet suġġettivi flok fuq tagħrif xjentifiku.

Mir-rapport tekniku joħroġ li kieku l-volum tal-mużika kien miftuħ kollu, il-klijenti tal-bar ma kienux jistgħu jitkellmu u għalhekk ma jirriżultax li l-volum kien miftuħ kollu kif allega l-ġar li fetaħ il-kawża.

Filwaqt li qalet li ż-żona fejn hemm il-bar hija turistika u li l-persuna li qed tfittex lis-sid tal-bar, meta mar joqgħod fl-inħawi, kien jaf x’ambjent hemm f’din it-triq, min-naħa l-oħra, Dr Scerri Herrera qalet li sid il-bar irid jieħu l-prekawzjonijiet kollha biex ma joħloqx inkonvenjent għall-ġirien.

Għaldaqstant, fiż-żewġ każi fejn l-appell ma ntlaqax mill-Qorti tal-Appell, sid il-bar kellu jħallas il-multa li weħel mill-Qorti tal-Maġistrati.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi għal qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sad-disgħa ta’ għada filgħodu u…

Saħħa

Mistenni jibda x-xahar id-dieħel ix-xogħol ta’ twaqqiegħ u tħammil għat-tieni dar residenzjali għal persuni bil-marda newroloġika tal-ALS. Il-proġett, f’Ħaż-Żebbuġ, mistenni jiswa sitt miljun Ewro. Ma’ TVM, il-fundatur tal-Fondazzjoni ALS Malta,…

Stejjer Umani

L-imħabba hi minsuġa fil-karattru ta’ William Saliba. L-altruwiżmu tiegħu jispikka ma’ pazjenti b’mard fil-kliewi. Għamel l-isfida tal-Lifecyle tnax-il darba…iżda fuq kollox kien bħas-Samaritan it-Tajjeb, b’ġest ma’ raġel ieħor meta tah…

Aktar