Solidarjetà
Sidt ħanut tal-kafè grata għal klijenti li ħallsulha l-kera

Sidien ta’ ħanut tal-kafè li joffri spalla għal dawk li jkunu għaddejjin minn mard serju u esperjenzi trawmatiċi issa sabu wkoll min joffri spalla lilhom.

Il-ħanut Jacob’s Brew – Pay it Forward, nibet mill-għaqda volontarja Survivors Malta, u jħaddem kunċett ta’ netwerk fejn klijenti li jkunu ħallsu jingħataw voucher għal kafè b’xejn biex jagħtuh lil xi ħadd li jkollu bżonn min jisimgħu u jkun jista’ jiltaqa’ ma’ nies oħra li għaddew minn esperjenzi simili.

Bħal ħafna ħwienet tal-ikel, fl-aħħar ġimgħat Sarah Cachia u binha Jacob kienu sfurzati jagħlqu l-bibien, iżda xorta waħda kellhom jibqgħu jħallsu l-kera u spiċċaw f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli.

F’dan il-mument iżda sabu spalla fi klijent tagħhom stess, li offra li jħallsilhom parti mill-kera. Meta fuq il-paġna tal-ħanut Sarah esprimiet gratitudni għal dan il-ġest ta’ qalb tajba, bosta klijenti oħra wkoll offrew li jgħinu.

“Ilna tliet snin ‘inħallsu bil-quddiem’ biex ngħinu lil ħaddieħor. Illum konna aħna li ‘ħallsulna bil-quddiem’ u għenuna nkomplu b’dak li nagħmlu,” qalet Sarah, filwaqt li esprimiet it-tama li jkunu jistgħu jerġgħu jiftħu l-ħanut għall-aħħar tax-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li din il-ġimgħa se jlaqqa’ grupp parlamentari biex jiżgura li l-Partit Nazzjonalista jkompli bil-ħidma fit-tfittxija għall-verità u l-ġustizzja. Huwa kien qed jirreaġixxi…

Relazzjonijiet Industrijali

Il-Union of Professional Educators – Voice of the Workers avżat li l-għalliema li jaħdmu fil-Clubclass English Language School se joħorġu bi strajk nhar it-Tnejn. Fi stqarrija l-union qalet li ilha…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li ħadd mhu se jirnexxielu jirrikattah, jheddu, ibeżżgħu jew isikktu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni. Dr Delia rrefera għar-rapport fit-Times of Malta dwar…

Politika

Il-Partit Laburista ħabbar l-ismijiet ta’ dawk li tefgħu n-nomina tagħhom għal diversi karigi fl-amministrazzjoni tal-Partit Laburista. Daniel Micallef, li sa ftit ilu kien jokkupa l-kariga ta’ President tal-Partit Laburista, qed…

Aktar