Ambjent
Siġar fiż-Żejtun meqruda b’maltempata se jitħawlu mill-ġdid

Maltempata qalila fi Frar li għadda qerdet għadd ta’ siġar, fosthom fiż-żona magħrufa bħala Wesgħet l-Għajn tal-Bhejjem fiż-Żejtun.

Waqt li tellgħet fuq il-midja soċjali ritratti ta’ kif kien dan il-post bis-siġar u kif qiegħed illum mingħajrhom, l-għaqda Wirt iż-Żejtun qalet li kull ma fadal huma tliet siġriet taċ-ċippress u żewġ palmijiet tal-ġummar.

Wirt iż-Żejtun qalet li għalhekk talbet il-permess tal-Kunsill Lokali biex taddotta dan l-ispazju bil-ħsieb li jitħaddar mill-ġdid, u l-Kunsill aċċetta.

L-għaqda qed tistieden lill-pubbliku biex nhar il-Ħadd li ġej tingħaqad magħha biex tagħti daqqa t’id fit-tħawwil u t-tisqija ta’ xejn inqas minn 135  siġra u pjanta ġdida f’din il-wesgħa, fosthom siġar taċ-ċawsli mad-dawra tal-mitħna.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Aktar