Barranin, Kurżitajiet
Is-sigaretti elettroniċi jwasslu għall-kanċer?

Il-konsum tas-sigaretti elettroniċi qed jiżdied kull ma jmur minħabba li huma meqjusa bħala alternattiva għat-teħid tan-nikotina minn min ipejjep.

Dawn jaħdmu b’likwidu li jissaħħan, magħruf bħala e-juice, u miegħu jitħalltu togħmiet differenti u xi elementi oħra fosthom in-nikotina, sakemm jevaporaw.  Ir-riżultat ta’ dan kollu jikkawża inqas ħsara kemm għal min ipejjep kif ukoll għal dawk li jkunu esposti għat-tipjip.

Iżda l-użu tas-sigaretti elettroniċi dejjem qanqal dibattitu, b’enfasi fuq nuqqas ta’ provi dwar jekk hux ta’ dannu għas-saħħa jew le jekk jintużaw fit-tul u minħabba li jistgħu jħajru lill-adoloxxenti jaqbdu l-vizzju tat-tipjip.

L-aħħar studju li sar, ippubblikat jumejn ilu fir-rivista Pediatrics, sab ħames veleni li jikkawżaw il-kanċer fl-urina taż-żgħażagħ li għandhom 16-il sena u li belgħu d-duħħan tas-sigaretti elettroniċi.  L-istudju sab ukoll li dawn it-tip ta’ sigaretti jħajru liż-żgħażagħ ipejpu s-sigaretti tradizzjonali.

Il-ġimgħa li għaddiet, studju fuq kważi 70,000 ruħ sab li min juża s-sigarett elettroniku kuljum ikun qed jirdoppja r-riskju ta’ attakk tal-qalb.  Jekk dan is-sigarett jibqa’ jintuża kuljum mas-sigaretti l-oħrajn, ir-riskju jiżdied għal ħames darbiet iktar ta’ attakk tal-qalb.

Iżda l-istudji differenti li saru, u l-mod kif xi kultant ix-xjenza u l-politika ma jaqblux f’ħafna kwistjonijiet, ir-riżultati jkunu kontradittorji u jħawdu lil dak li jkun.

L-aħjar ħaġa hija li la wieħed ipejjep is-sigaretti elettroniċi u wisq inqas is-sigaretti tradizzjonali għax it-tnejn li huma jagħmlu ħsara lill-ġisem!

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Eluf ta’ nies inġabru fil-monument preistoriku ta’ Stonehenge biex jiċċelebraw il-bidu tas-solistizju tas-sajf. Il-miġemgħa bdiet tgħajjat malli bdiet tiela’ x-xemx min-nofs il-ġebliet wieqfa li hemm fis-Sit Patrimonju Dinji fil-Lbiċ tal-Wiltshire…

Barranin, Kurżitajiet

Huwa fatt magħruf li l-pilloli li nieħdu għandhom effetti sekondarji fuq il-bniedem. Ħafna jaħsbu li l-effett huwa biss wieħed fiżiku bħal xi raxx jew uġigħ ta’ ras. Madankollu, studju li…

Barranin

Il-President Amerikan  Donald Trump irreveda d-deċiżjoni li tfal immigranti jinfirdu minn mal-ġenituri tagħhom fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Huwa ffirma ordni eżekuttiva biex iwaqqaf dan milli jkompli jseħħ u…

Barranin

L-utenti tal-Instagram se jkunu jistgħu jtellgħu filmati twal sa siegħa. Il-kumpanija ħabbret dan waqt attività f’San Francisco. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Instagram Kevin Systrom spjega li l-filmati se jkunu b’tali mod…

Aktar