Is-sigurtà twassal għal tibdil fir-rotta fuq il-muntanja Everest

Ir-rotta li jużaw dawk li jħobbu jitilgħu fuq il-muntanja Everest se tinbidel minħabba l-biżgħa fir-riskju ta’ valanga.

Ix-xahar id-dieħel in-Nepal se jbiddel ir-rotta wara li s-sena l-oħra inqatlu 16-il gwida Sherpa meta ċediet biċċa silġ.

Ir-rotta li tintuża sa llum ilha tintuża mid-disgħinijiet.

Dawk li jmorru fuq din l-ispedizzjoni se jibdew jużaw rotta aktar ċentrali u jevita n-naħa tax-xelluq ta’ Khumbu Icefall, fejn seħħ l-inċident tas-sena l-oħra.

Il-valanga fatali tas-sena l-oħra kienet waslet biex il-gwidi għamlu boycott u talbu pagi u kundizzjonijiet aħjar.

Il-protesta li kienu għamlu f’Base Camp waslet biex tħassru l-espedizzjonijiet kollha għall-Everest.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Għadd ta’ kumpaniji qed joffru inizjattiva ġdida lill-impjegati tagħhom, dik li jaħdmu mid-dar jekk il-lejl ta’ qabel ikunu xorbu. Deskritta bħala ‘hangover day’, dak li jkun jista’ jibbukja dawn il-ġranet…

Barranin

Persuna li sofriet ġrieħi fl-iżbroff ta’ vulkan fi New Zealand, tilfet ħajjitha fl-Awstralja, fejn intbagħtet għall-kura. B’hekk issa l-ammont ta’ vittmi kkonfermati tela’ għal 16, fejn x’aktarx se jiżdied hekk…

Barranin

Il-Kap tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn skuża ruħu mal-partitarji tiegħu għat-telfa fl-elezzjoni ġenerali tar-Renju Unit il-Ħamis li għadda. F’ittri lill-ġurnali Sunday Mirror u Observer, hu ammetta li l-partit falla f’din…

Aktar