Silvio Schembri jinħatar Chairman tar-Responsible Gaming Foundation

L-Onor. Silvio Schembri nħatar chairman  tar-Responsible Gaming Foundation – istituzzjoni indipendenti li tnediet kmieni din is-sena bl-iskop li tgħin, teduka u tipprevjeni l-problemi marbuta mal-logħob.

José Herrera, Segretarju Parlamentari għall-Kompettitivita u Tkabbir Ekonomiku, irringrazzja li-Sur Schembri talli aċċetta din ir-responsabbilta fuq bażi volontarja u  enfasizza li b’hekk aktar flus jistgħu jkunu investiti direttament fil-fondazzjoni. Herrera, qal ukoll li hu konvint li l-esperjenza tiegħu f’dan il-qasam se tgħin biex iwaqqaf lir-Responsible Gaming Foundation fuq sisien sodi.

Iċ-Chairman tal-Lotteries and Gaming Authority (LGA), Joseph Cuschieri qal li l-Awtorita temmen bi sħiħ fil-validità tal-missjoni tal-fondazzjoni u li persentaġġ tad-dħul mil-liċenzji se jingħataw lil din l-istituzzjoni biex jiffinanzjaw inizjattivi ta’ gaming responsabbli. Hu qal li kien ċert li ċ-Chairman ġdid kien se jagħti d-direzzjoni meħtieġa biex tkun suċċess.

It-tnedija tar-Responsible Gaming Foundation hi waħda mill-inizjattivi biex jikkonsolida l-industrija tal-gaming f’Malta minn perspettiva usa. Fl-industrija tal-gaming dejjem tikber, li timpjega 7,000 u tifforma 10% tal-GDP, il-fondazzjoni għandha rwol importanti ta’ bilanċ hekk kif l-LGA qiegħda fil-proċess li tintroduċi regoli stretti fis-settur tas-social gaming  li mhux regolat.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli rriżenjat minn Membru Parlamentari. Hija ħabbret dan fuq il-midja soċjali, fejn qalet li bid-deċiżjoni tagħha infurmat lill-Ispeaker tal-Kamra. “Il-politika għandha tintuża biss biex jitkattar il-ġid komuni….

Edukazzjoni

In-nuqqas ta’ ilma f’żewġ skejjel tal-gvern f’Raħal Ġdid wasal biex il-union tal-għalliema, l-MUT ħarġet direttiva lill-edukaturi kollha fiż-żewġ skejjel primarji ta’ Raħal Ġdid biex minn għada ma jirrapurtawx għax-xogħol fiż-żewg…

Politika

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li…

Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Aktar