Politika
Simon Busuttil jaċċetta li jibdel parti żgħira mid-diskors tiegħu fil-Parlament

Eku tas-seduta Parlamentari mqanqla ta’ nhar l-Erbgħa meta fl-aġġornament tkellem l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil dwar l-inkjesta Egrant. Dr Busuttil aċċetta ruling tal-ispeaker biex ivarja parti żgħira mid-diskors tiegħu.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia f’deċiżjoni fil-Parlament iddikjara li dak li qal id-Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil, li l-Prim Ministru talab għal inkjesta fuq il-każ Egrant wara li kellu moħħu mistrieħ li l-provi kienu tneħħew, jikser ir-regoli tal-kamra għax jattribwixxi intenzjoni ħażina lill-Prim Ministru.

L-Ispeaker Farrugia talab lil Dr Busuttil jirtira l-kliem jew jgħidu b’mod differenti li ma jattribwixxix intenzjoni ħażina lill-Prim Ministru. Id-Deputat Busuttil aċċetta li jvarja l-kliemu u qal li deherlu li l-imġiba tal-Prim Ministru meta sejjaħ l-inkjesta kienet suspettuża. Huwa qal li dan kien kumment politiku u differenti minn dak li kien qal qabel. Dr Busuttil irringrazzja lill-ispeaker li sab silta qasira oġġezzjonabbli u ddefenda d-dritt tiegħu li jitkellem.

Fir-ruling mitlub mill-whip tal-Gvern Byron Camilleri fis-seduta ta’ nhar l-Erbgħa, l-Ispeaker Farrugia reġa’ appella għall-kawtela mill-Membri Parlamentari fid-diskorsi tagħhom u innota li waqt ta’ Dr Busuttil tqajmu mhux inqas minn 13-il point of order. Wissa’ li se jieħu azzjoni jekk din il-proċedura tkun abbużata.

Intant, Dr Camilleri informa lill-ispeaker li bi qbil bejn iż-żewġ naħat is-seduta t’għada mhux ser issir biex jitfakkar l-anniversarju tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Koppja li ftit tax-xhur ilu adottat tifel mill-Indja esprimiet il-ferħ tagħha fuq is-siti soċjali, kif ukoll wasslet messaġġ biex it-tfal jiġu mgħallma iktar dwar id-diversita’, b’mod partikolari mill-ġenituri stess. Biex…

Kronaka

Viżibilment taħt xokk, Joseph Attard li lbieraħ kien fil-mira tal-ħalliel fil-ħanut tiegħu f’Ħaż-Żabbar, irrakkonta ma’ TVM kif hu, flimkien ma’ żewġt iħbieb tiegħu rreżistew il-ħalliel li anke spara b’arma tan-nar….

Kunsilli Lokali

Il-kunsilli ser ikollhom pubblikazzjoni maħsuba apposta biex tgħinhom jiksbu fondi addizzjonali minn programmi tal-Unjoni Ewropea. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u DAaron Farrugia u s-Sur Parnis. Iż-żewġ Segretarji Parlamentari,…

Kronaka

Kuntistabbli tal-Pulizija stazzjonat fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga llejla ngħata l-kura fl-isptar wara li sofra xi ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Il-każ ħareġ fil-pubbliku permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ facebook…

Aktar