Politika
Simon Busuttil jingħata kariga fil-PPE – se jirriżenja mill-Parlament Malti

Simon Busuttil se jkun qed jirriżenja mill-Parlament Malti wara li ngħata kariga fil-Partit Popolari Ewropew b’effett mill-1 ta’ Marzu.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista laqa’ l-ħatra tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-PPE fil-Parlament Ewropew.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li din il-ħatra turi mhux biss il-fiduċja li jgawdi Simon Busuttil, iżda turi wkoll ir-rispett li jgawdi l-Partit Nazzjonalista fl-Unjoni Ewropea.

Min-naħa tiegħu, Dr Busuttil qal li permezz ta’ din il-kariga se jkun qed jaħdem biex pajjiżna jerġa’ jirbaħ ir-rispett li qal tilef fl-aħħar snin, u se jkun qed jara wkoll li l-Ewropa tkun fuq in-naħa tal-poplu Malti biex tiddefendi l-valuri tal-ġustizzja u s-saltna tad-dritt f’Malta.

Intqal li Simon Busuttil se jkun qed jirriżenja minn Membru Parlamentari fil-ġimgħat li ġejjin biex b’mod uffiċjali jkun jista’ jassumi l-kariga ġdida tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-pubblikazzjoni intitolata ‘Tibżax tieħu għandek lil Marija’ tiġbor fiha aktar minn 40 ittra, omelija u diskorsi tal-Isqof Mario Grech li kiteb jew priedka matul is-sena l-oħra li fid-djoċesi ta’ Għawdex…

Lokali

Aktar ma jmur, aktar il-finali ta’ ‘X Factor Malta’ qed toqrob. It-tielet Live Show jinsab magħna, hekk kif illejla ‘X Factor Malta’ jissokta b’appuntament ieħor ferm mistenni mill-pubbliku Malti u…

Sport

L-MFA qed tinvestiga kif f’partita tal-F.A Trophy, it-tim tax-Xewkija Tigers, li suppost kien qed jilgħab b’għaxar plejers għaliex kellu wieħed imkeċċi, spiċċa l-partita bi ħdax-il plejer. Pietà marru fil-vantaġġ wara…

Aktar