Lokali
Simon Busuttil jirbaħ libell kontra l-KullĦadd

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil rebaħ libell dwar artiklu li kien deher 3 snin ilu fuq il-gazzetta KullĦadd.  Dr Busuttil rebaħ €1,000 għad-danni li sofra meta ħassu malafamat minn dan l-artiklu li kien ippubblikat fil-faċċata tal-ġurnal.

Il-gazzetta kienet qalet li meta kien Membru Parlamentari Ewropew, l-eks Kap tal-Oppożizzjoni kien gawda minn xi direct orders li flimkien jammontaw għal €500,000.  Dan sabiex jingħataw servizzi ta’ konsulenza lill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale, qalet li Dr Busuttil għandu sehem ta’ 16.7% ta’ ‘Europa Research and Consultancy Ltd’ u jirriżulta illi id-direct order ma ngħatatx lilu personalment iżda lill-kumpanija.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġimgħa għas-servizz pubbliku ssuktat bl-għoti ta’ rikonoxximent lill-impjegati għall-ideat li ressqu biex jitjieb l-operat tas-servizz pubbliku. Fost is-sitt uffiċjali pubbliċi ppremjati, Vannessa Caruana li hija learning support educator. Hi ħarġet…

Lokali

Il-Knisja Kattolika madwar id-dinja llum iċċelebrat għall-ewwel darba l-festa ta’ Marija Omm il-Knisja. Dan se jibqa’ jsir kull sena l-għada ta’ Għid il-Ħamsin, wara deċiżjoni tal-Papa Franġsiku li inkluda din…

Lokali

F’Malta l-għadd ta’ vetturi issa qed ilaħħaq it-873 għal kull elf persuna. Iż-żieda fil-vetturi ma tirriżultax biss f’aktar traffiku fit-toroq iżda f’effetti fuq is-saħħa tan-nies. Studju minn żewġ ekonomisti jikkonferma…

Lokali

Mitt jum mill-ġurnata mindu tanker żgħir registrat fit-Togo nkalja fuq il-blat qrib iż-żona Ta’ Fra Ben, fil-Qawra, beda x-xogħol biex it-tanker jinqala’ minn mal-blat. Dan wara li ħarġu l-permessi meħtieġa…

Aktar