X

Simon Psaila huwa l-ġuvni li għereq fix-Xemxija

Simon Psaila, ta’ 24 sena mir-Rabat, huwa l-ġuvni li nstab mejjet f’qiegħ il-baħar fix-Xemxija.

Iż-żagħżugħ ttella’ mill-baħar fl-inħawi tal-Veċċa, fix-Xemxija, għall-ħabta tal-ħamsa u nofs tal-lejla. Il-katavru ntlemaħ f’qiegħ il-baħar u ttella’ l-art mill-Pulizija bl-għajnuna ta’ membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Iż-żagħżugħ li jaħdem bħala kok f’lukanda mar jitħarreġ fl-għadds qabel kellu jmur xogħol. Dwar il-mewt taż-żagħżugħ għaddejja inkjesta bil-Maġistrat.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Jittella’ katavru ta’ ġuvni mill-baħar fix-Xemxija – kien qiegħed jogħdos bin-nifs