Pulizija
Simon Schembri jikteb ittra wara li Liam Debono ngħata l-ħelsien mill-arrest

Wara li lbieraħ Liam Debono, li jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri ngħata l-ħelsien mill-arrest, il-Kuntistabbli kiteb ittra lill-Korp tal-Pulizija.

Fl-ittra tiegħu huwa fakkar lil sħabu u kollegi tiegħu li huma ħalfu solennement li jkunu fidili u leali lejn il-poplu u r-Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. Qal li dan ma għandux jinbidel qatt, speċjalment f’mumenti meta tkun tixtieq l-għajnuna u dik l-għajnuna ma ssibhiex jew f’mumenti fejn tħoss illi dak li għamilt m’huwiex apprezzat u stmat.

Huwa kiteb li “dawn il-mumenti m’għandomx ikunu mumenti li jġiegħluk taqta’ qalbek, imma li bil-kontra, jispirawk sabiex taħdem iktar għal ġid tas-soċjetà”.

Simon għalaq l-ittra tiegħu b’messaġġ ta’ tama: “qatt taqta’ qalbek, bħal kif jien ma qtajtx qalbi, u fuq kollox qatt tinsa li aħna l-gwardjani tas-soċjetà, fit-tajjeb u fil-ħażen.”

Ara wkoll:

Liam Debono jingħata l-ħelsien mill-arrest

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tim ta’ ħmistax-il professjonist Malti f’Londra jinsabu qrib li f’isem Puttinu Cares jixtru proprjetà fiċ-ċentru ta’ Londra b’għoxrin appartament għall-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura fl-isptarijiet ta’ Londra. Il-Perit Mark Borg…

Lokali

Bis-sħana tkompli tikkarga u b’aktar nies ifittxu x-xtut u l-bajjiet, l-iskart f’dawn il-postijiet jiżdied ġmielu anke jekk l-uffiċjali mill-Ministeru għall-Ambjent qed jinnutaw titjib meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Minkejja li…

Lokali

Surġent u sitt kuntistabbli tal-pulizija li kienu jaħdmu fit-taqsima tat-traffiku tal-korp illum tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ frodi u dikjarazzjonijiet foloz b’rabta mal-extra duties għall-kontroll tat-traffiku li kienu miftehma jagħmlu fuq…

Aktar