Politika
Simone Azzopardi mhux se tibqa’ Kummissarju għall-Vjolenza Domestika

Simone Azzopardi se tirriżenja mill-kariga ta’ Kummissarju għall-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika. Fi stqarrija l-Gvern qal li s-Sinjura Azzopardi ħadet din id-deċiżjoni minħabba raġunijiet personali.

Intqal li s-Sinjura Azzopardi se tkompli sservi f’din il-kariga sakemm jinħatar kummissarju ġdid. Hija kienet ilha f’din il-kariga 17-il xahar.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza qal li hu impenjat li jkompli jsaħħaħ ix-xogħol li wettqet Simone Azzopardi, b’kummissjoni ma tiqafx biss mal-liġijiet.

RITRATT: TVM