Barranin
Sindku Amerikan f’għawġ kbir wara li sejjaħ għall-qtil ta’ persuni gay

Sindku ta’ belt f’Alabama fl-Istati Uniti ġie rrapportat li fuq Facebook sejjaħ għall-qtil ta’ persuni gay f’kumment li jidher li neħħa aktar tard. Skont l-istazzjoni tat-televiżjoni WBRC, Mark Chambers fil-post semma flimkien lill-persuni “omosesswali”, “trasvestiti”, dawk li sejjaħ “qattiela tat-trabi” u “soċjalisti”.

Huwa kiteb hekk: “Qed ngħixu f’soċjetà fejn l-omosesswal jgħallmuna dwar il-morali, trasvestiti jgħallmuna fuq il-bijoloġija umana, qattiela tat-trabi jgħallmuna fuq id-drittijiet tal-bniedem u s-soċjalisti jagħlmuna fuq l-ekonomija!”

Is-Sindku kien irrapportat li kiteb ukoll li “l-unika triq biex jinbidel dan tkun li toqtol il-problema. Naf li hu ħażin iżda jekk ma noqtluhomx m’hemmx mod kif jitranġaw l-affarijiet.”

Is-Sindku ta’ Carbon Hill kien irraportat li qal li kliemu ttieħed barra mill-kuntest qabel talab apoloġija. Grupp tad-drittijiet ta’ persuni gay talab għar-riżenja tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ix-xjentisti, ħasbu li din il-ħlejqha għosfrot għal kollox wara li ilha ma titfaċċa madwar 30 sena. Dan il-mammiferu, magħruf aħjar bħala mouse-deer jew silver-backed chevrotain, intlemaħ f’foresta fil-Vjetnam u għandu…

Barranin

Minn tal-anqas 12-il persuna mietu f’inċident bejn żewġ ferroviji f’Bangladesh. Fl-inċident indarbu mal-100 persuna oħra iżda l-midruba jafu jiżdiedu hekk kif hemm uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post biex isalvaw lin-nies…

Barranin

Il-Professur Russu, Oleg Sokolov deher quddiem il-qorti ta’ San Pietruburgu lbieraħ mixli bil-qtil makabru ta’ Anastasia Yeshchenko. Sokolov, li għandu 63 sena, u huwa espert fil-qasam tal-istorja speċjalment fejn jidħol…

Barranin

Minkejja l-kritika kollha dwar kif ġiet interpretata t-tema tas-saħħa mentali, il-film Joker għamel profitt qawwi ta’ aktar minn $890 miljun. Joker issa sar l-aktar film ibbażat fuq storja tat-tip comic li…

Aktar