Barranin
Sindku Franċiż qed iqassam il-viagra b’xejn biex jinċentiva lill-koppji

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità.

Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas ta’ residenti, jibda jagħti l-viagra b’xejn lill-koppji biex ikollhom iktar tfal.

Dan il-villaġġ li jinsab fir-reġjun ta’ Loire għandu biss 629 resident.  Għalhekk is-Sindku ħareġ b’din l-inizjattiva biex jevita jingħalqu l-iskejjel primarji hekk kif fadal biss klassi waħda bl-istudenti.

Huwa spjega lil Le Parisien li mingħajr tfal il-villaġġ ikun mejjet.  U għalhekk ħareġ bl-idea li jqassam il-viagra lill-koppji li għandhom bejn it-18 u l-40 sena.

S’issa din l-inizjattiva xejn ma kienet suċċess għax kulma marret persuna waħda biss fil-Kunsill Lokali biex tieħu vantaġġ minn din l-inizjattiva.

Dan minbarra l-polemika li nqalgħet mill-entitajiet li jaħdmu favur id-drittijiet tan-nisa, li kkritikaw din l-idea għax hija sessista wisq.

Din mhix l-ewwel darba li Sindku Franċiż qed jipprova joħroġ b’idea kemmxejn differenti minn tas-soltu biex jindirizza xi problema li tkun qed taffettwa ħażin lil-lokalità.

F’April, il-Sindku ta’ Sainte Genevieve des Bois Andrè Jean ħareġ digriet li permezz tiegħu ma ħalliex liċ-ċittadini jimirdu.  Dan għax ma kienx hemm biżżejjed tobba biex jikkuraw lin-nies.

Madanakollu, din il-miżura kellha eżitu pożittiv għax fil-belt tiegħu spiċċaw infetħu diversi kliniċi tas-saħħa li kienu ta’ benefiċċju wkoll għar-residenti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zippy miet eroj hekk kif irnexxielu jsalva lil familtu minn ħalq il-mewt. Il-familja Butler jgħixu f’Bradeton, fi Florida meta lejl minnhom, waqt li kienu rieqdin, tħeġġeġ in-nar fir-residenza tagħhom. Minkejja…

Barranin

Il-passiġġieri abbord titjira tad-Delta twerwru wara li l-ajruplan li kienu qed jivvjaġġaw fuqu qabad u niżel mad-9,000 metru ‘l isfel f’daqqa. It-titjira, li telqet minn Atalanta, esperjenzat dak li jissejjaħ…

Kurżitajiet

Kok f’ristorant fl-istat Amerikan ta’ Maine ammetta li qabel isajjar l-awwisti, ibellgħalhom il-Kannabis biex ma jsofrux wisq meta jsajjarhom. Id-deċiżjoni tal-kok waslet wara li skopra li anke l-awwisti jbatu u…

Kurżitajiet

Fir-riżerva naturali tal-Maasai Mara tfaċċat żebra rari….flok bi strixxi bojod u suwed….b’tikek bojod fuq sfond iswed.   Il-ferħ ta’ żebra skantat lil bosta bid-dehra tagħha u ngħatat l-isem ta’ Tira,…

Aktar