Barranin
Singapore tissospendi t-titjiriet bl-ajruplan Boeing 737

Wara ċ-Ċina u l-Indonezja, issa anke Singapore ssospendiet it-titjiriet bl-ajruplan Boeing 737 Max 8 minn u lejn il-pajjiż bl-aħbar tpoġġi iktar pressjoni fuq il-kumpanija dwar dan il-mudell ta’ ajruplan.

Id-deċiżjoni waslet wara d-diżgrazzja tal-ajru jumejn ilu li ħalliet kważi 160 ruħ mejta meta ajruplan Boeing 737 Max 8 iġġarraf ftit minuti wara li telaq minn Addis Ababa. Dan kien it-tieni inċidenti fatali b’ajruplan Boeing 737 Max fl-aħħar ħames xhur. L-ajurport ta’ Singapore ċ-Changi Airport huwa s-sitt wieħed l-iktar bieżel fid-dinja u wieħed ċentrali biex jgħaqqad lill-Azja mal-Ewropa u l-Istati Uniti.

Meta introduċiet il-linja tal-Boeing Max, il-kumpanija kienet iddeskriviet din is-serje ta’ ajruplani bħala l-iktar mudell li nbiegħ, b’iktar minn €5,000 ordni minn mitt klijent.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar