Lokali
Siringi fil-latrina tal-bandli – “Irridu nibdlu l-mentalità”

Latrina pubblika f’bandli ffrekwentati minn tfal u adoloxxenti, b’toilet maħmuġ mimli siringi. Dan kien ir-ritratt li ttella’ fuq il-midja soċjali minn persuna li jaħdem maż-żgħażagħ fil-qasam tal-volontarjat, li qed isostni li hemm bżonn bidla fil-mentalità dwar l-abbuż mid-droga.

Ikkuntattjtat minn TVM, Damjan Attard qal li jumejn ilu kellu laqgħa biex jitwaqqaf proġett f’lokalità bil-għan li ż-żgħażagħ ikollhom post sigur fejn jiltaqgħu u jieħdu gost flimkien. Qabel il-laqgħa daħal fil-latrina, u ma’ wiċċu sab din ix-xena.

Spjega li s-Sindku u l-Pulizija mill-ewwel ħadu azzjoni meta ġew infurmati, u li l-isem tal-lokalità huwa irrelevanti. Dan għaliex din mhix problema ta’ lokalità waħda, iżda hija problema li jiddeskrivi bħala waħda nazzjonali.

Attard saħaq li l-abbuż mid-droga huwa rampanti u qed jidher ma’ Malta u Għawdex kollha, ħafna drabi fil-beraħ u kultant anki matul il-jum f’postijiet bieżla bħal pjazez tal-irħula.

Qal li s-siringi spiċċaw fil-latrina għax xi ħadd li jabbuża mid-droga kellu bżonn imur jistaħba, u mhux għax ried jagħmel il-ħsara. Sostna li l-abbuż mid-droga għandu jiġi trattat bħala problema ta’ saħħa u mhux bħala reat bit-tabù kollu li huwa assoċjat miegħu.

Stqarr li għalkemm hemm rieda fuq livell amministrattiv biex is-sistemi jinbidlu, madankollu jrid ikun hemm ukoll bidla fil-mentalità tas-soċjetà inġenerali biex il-vittmi jħossuhom iktar komdi jfittxu l-għajnuna.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kamra tad-Deputati approvat it-tielet qari tal-abbozz ta’ liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni b’34 vot u 27  voti kontra. Il-vot intlaqa’ b’ċapċip mill-membri tal-Gvern. L-abbozz issa jonqsu biss il-firma tal-President tar-Repubblika Marie-Louise…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Lokali

F’konferenza tal-aħbarijiet, siegħa qabel ttieħed il-vot fit-tielet qari biex tidħol il-liġi ġdida tal-IVF, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne sostna li wasal il-waqt li l-politiċi ma jibqgħux jaħsbu…

Aktar