Lokali
Sirjan arrestat l-Ungerija suspettat li kien membru tal-ISIS kellu sentenza sospiża f’Malta

Sirjan li għal xi żmien kien ġie Malta, ġie arrestat fl-Ungerija b’akkużi li huwa membru ta’ organizzazzjoni terroristika u bil-qtil ta’ nies li qraba tagħhom irrifjutaw li jingħaqdu mal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku.

Hassan Farhoud ta’ 27 sena kien instab ħati f’Malta li kellu karta tal-identità falza Taljana taħt l-isem Mohamed Hsin. Huwa kien ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta l-akkużi u qal li ser imur lura l-Greċja fejn kien jgħix.

Il-midja Ungeriża qed tirrapporta li l-investigaturi Ungeriżi tkellmu ma’ għaxar min-nies dwar Hassan Farhoud fosthom f’Malta u l-Belġju b’rabta ma’ dan il-każ. Nifhmu li l-Pulizija Maltija kkoperaw fl-investigazzjoni mal-Pulizija Ungeriża u mal-Pulizija Griega wara li f’Diċembru li għadda li Farhoud ġie arrestat f’Budapest fejn inqabad b’dokumenti foloz u reġa’ tressaq il-Qorti b’akkużi ta’ traffikar tal-persuni, sakemm iktar stħarriġ wasslu lill-awtoritajiet Ungeriżi biex jorbtu isem Farhoud ma’ numru ta’ eżekuzzjonijiet fis-Sirja f’isem l-Istat Iżlamiku.

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Intelliġenza Griega kkonfermat li Farhoud l-ewwel li wasal il-Grecja kien fl-2016 fejn ingħata l-ażil is-sena ta’ wara għalkemm sa dak iż-żmien ma kellhiex informazzjoni li torbtu ma’ organizzazzjoni terrostika.

Ara wkoll:

Sentenza sospiża wara li kellu karta tal-identità falza

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-ġrajjiet imfakkra mill-knisja f’dawn il-jiem huma rappreżentati matul is-sena kollha fil-knejjes u l-kappelli, fl-hekk imsejħa Via Sagra, permezz ta’ xbihat li jirrappreżentaw 14-il mument differenti mill-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’…

COVID-19

Mart il-Prim Ministru, Lydia Abela, qalet li bħala omm qed tuża dan iż-żmien fid-dar biex iktar minn qatt qabel tibni r-relazzjoni ma’ bintha Giorgia. F’messaġġ imxandar fuq il-midja soċjali, Dr…

COVID-19

S’issa hu magħruf li minn tal-anqas żewġ Maltin li jgħixu barra l-pajjiż mietu kawża tal-Coronavirus.  John Grima, artist ta’ 88 sena, miet fil-Kanada fejn emigra f’żgħożitu. It-tieni Maltija li mietet…

COVID-19

Erbat ijiem qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri, qal li l-Korp tal-Pulizija huwa mgħammar biżżejjed biex iħarrek lill-kaċċaturi li jinstabu li qegħdin jiksru l-liġi. Mill-banda…

Aktar