Lokali
S’issa jivvotaw 67% għall-Kap tal-PN

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista tavża li fil-jum tal-votazzjoni bikrija lbieraħ, il-Ħamis l-1 ta’ Ottubru biex jivvutaw għall-elezzjoni għal Kap tal-Partit ivvutaw  16% tat-tesserati eleġibbli li jivvotaw.

B’hekk, it-total ta’ dawk li vvutaw s’issa ileħħaq it-67% ta’ dawk eleġibbli.

Għada, is-Sibt 3 t’Ottubru hu l-jum propju tal-elezzjoni, bir-riżultat joħroġ għada filgħaxija.