COVID-19
S’issa ma ħareġ ħadd pożittiv għall-Covid-19 b’rabta maċ-ċelebrazzjoni fuq il-Fosos

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa għamlu analiżi tal-persuni li fl-aħħar jiem marru jagħmlu swab test, fejn ammont minnhom kienu mill-Floriana.

Waqt il-bulettin mediku tal-lum, TVM staqsa jekk kienx hemm persuni li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19, fid-dawl tal-fatt li wara ċ-ċelebrazzjoni fuq il-Fosos il-ġimgħa li għaddiet l-awtoritajiet tas-saħħa kienu appellaw lil dawk preżenti biex imorru jagħmlu test.

Prof Gauci qalet li huwa diffiċli li tidentifika eżatt lill-individwi kollha, iżda skont ir-rekords ta’ dawk li għamlu swab test fl-aħħar jiem u li huma mill-Floriana, ħadd minnhom ma rriżulta pożittiv.

Ara wkoll:

Żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19, 8 oħra mfejqa

Kampjonat bil-kontroversji sal-aħħar: Rabja għaċ-ċelebrazzjonijiet minn partitarji ta’ Floriana FC

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji…

Kronaka

Raġel ta’ 20 sena mill-Imtarfa ġarrab ġrieħi gravi u ieħor ta’ 21 sena mill-Imtarfa wkoll ġarrab ġrieħi ħfief wara argument li seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fil-Belt Valletta….

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar