COVID-19
S’issa saru 3,099 test għall-Coronavirus f’Malta

B’kollox saru 3,099 test għall-Covid-19 fuq persuni f’Malta u Għawdex.

Dan qalitu s-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, waqt konferenza stampa llum.

Prof Gauci qalet li dan l-ammont ta’ testijiet huwa għoli ħafna meta mqabbla mal-popolazzjoni.

Speċifikat li saru 2,106 test fuq persuni li kienu sintomatiċi, u l-kumplament kienu random samplings.

Iċċarat li l-persuni infettati, li issa laħqu 107, huma kollha f’qagħda stabbli, iżda s’issa tnejn ġew ikkonfermati mfejqa.

Tappella għal attività fiżika fid-dar u biex jieklu tajjeb biex iżommu ruħhom f’saħħithom.

Gepostet von Television Malta am Montag, 23. März 2020

Ara wkoll:

Ikkonfermati 17-il persuna oħra bil-Covid-19 f’Malta

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Minn Malta, indawru ħarsitna madwar id-dinja. Nibdew bi Spanja, fejn il-morsa tal-COVID-19 kompliet tissikka bl-ogħla għadd ta’ imwiet f’ġurnata. Rekord ta’ mwiet f’jum wieħed fi Spanja. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

Aktar