Politika
S’issa vvutaw 76% tal-persuni eliġibbli għall-Kap tal-PN

Aktar tesserati komplew jivvotaw tul il-ħames sessjoni ta’ votazzjoni bikrija għal Elezzjoni lbieraħ filgħaxija, għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista qalet li f’dawn il-ħames sessjonijiet ivvutaw kważi 76% tat-tesserati. Il-Partit Nazzjonalista għandu 21,499 tesserat li huma eliġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni bejn il-Kap Nazzjonalista preżenti Adrian Delia u Bernard Grech.

Iktar tard illum imbagħad titlaqqa’ l-konvenzjoni ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, fil-jum propju tal-votazzjoni. Il-votazzjoni tiftaħ fit-tmienja ta’ dalgħodu u tagħlaq fl-erbgħa ta’ waranofsinhar bir-riżultat joħroġ iktar tard filgħaxija.