Lokali
Sistema elettronika għas-sejħiet tal-offerti għal kuntratti tal-Gvern

Is-servizz pubbliku ser jiffaċilità l-proċess għas-sejħiet tal-offerti b’sistema elettronika li ser tiffranka l-ħin u l-ispejjeż lill-applikanti. Il-proċedura ġiet spjegata lill-uffiċjali tal-Gvern u l-applikanti potenzjali li jitfgħu l-offerti għal kuntratti tal-Gvern.

Permezz ta’ proġett imsejjaħ European Single Procurement System, is-Servizz Pubbliku ser jissimplifika l-proċessi amministrattivi għal mijiet ta’ eluf ta’ tenders għax-xiri ta’ prodotti u servizzi meħtieġa mill-Gvern. B’din is-sistema, l-applikanti għas-sejħiet tal-offerti maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti ser jagħmlu dan b’aktar faċilità. Is-Segretarju Permanenti Prinċipali, Mario Cutajar qal li bl-investiment fit-tekonoloġija tal-informatika s-Servizz Pubbliku qed ikun aktar effiċjenti u transparenti.

Mario Cutajar qal “hawnhekk qed nitkellmu fuq tenders u xiri ieħor, il-persuna li tkun qed tittenderja ddaħħal l-informazzjoni darba u tibqa’ tintiret, jekk ovvjament ma tkunx trid tbiddel fiha”.

Is-Sur Cutajar qal li din is-sistema fiha ħafna vantaġġi fosthom li ser tiffranka lill-applikanti għat-tenders ħafna ġiri, ħin u spejjeż biex jiġbru d-dokumenti minn dipartimenti oħra għax dan ix-xogħol ser isir mid-Dipartiment tal-Kuntratti permezz tat-tekonoloġija l-ġdida.

Mario Cutajar qal “is-sistema qed tkopri wkoll il-back office. Jiġifieri ċ-ċertifikati li jkollok bżonn biex inti tehmeż mat-tender tiegħek ma jkollokx x’taqsam magħhom inti imma jiġu awtomatikament mid-Dipartiment tat-Taxxa u Dipartimenti oħra li jkollok bżonn.”

Is-Sur Cutajar qal li din is-sistema ser tiftaħ bieb ieħor għal dawk li jridu japplikaw għal tenders fl-Unjoni Ewropea għax ser tagħtihom l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna qal li d-Dipartiment tal-Kuntratti jipproċessa eluf ta’ kuntratti li s-sena l-oħra laħqu kważi €440 miljun.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar