Barranin
Sistema ġdida li twissi lis-sewwieqa li jużaw il-mobile

Fir-Renju Unit, qed tiġi installata teknoloġija ġdida li taqbad lis-sewwieqa li jużaw il-mobile.

Malli tkun qed toqrob karozza lejn is-sistema, is-sistema tattiva ruħha u turi sinjal lis-sewwieq biex tfakkru ma jiksirx il-liġi.

L-imħuħ wara din it-teknoloġija qed jittamaw li din it-teknoloġija sservi bħala twissija għas-sewwieqa biex tfakkarhom fil-periklu li jkunu qegħdin fih meta jużaw il-mobile waqt is-sewqan.

It-teknoloġija kapaċi tagħraf ukoll jekk is-sewwieqa humiex jużaw il-hands free jew Bluetooth li, f’dak il-każ, ma tattivax ruħha biex tagħti twissija.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Imħallef f’Pennsylvania kkundanna lill-attur Bill Cosby għal tlieta sa għaxar snin ħabs għal attakk sesswali. Cosby ta’ 81 sena ġie kklassifikat bħala predatur sesswali u vjolenti u dan ifisser li…

Barranin

Dan huwa l-mument meta ħaddiema tas-salvataġġ marru jeħilsu lil mara li spiċċat fil-periklu li taqa’ fix-xmara Thames wara li salvat lill-kelb tagħha mill-għarqa. Il-mara kienet qed iżżomm ma’ sellum li…

Reliġjon

Il-Papa Franġisku wasal fil-kapitali tal-Estonja, Tallin, fl-aħħar ġurnata tat-tour tiegħu fil-pajjiżi Baltiċi. Huwa kien milqugħ fl-ajruport mill-President Estonjan Kersti Kaljulaid. Minbarra laqgħat ma’ uffiċjali tal-gvern u anke kkonċelebra Quddiesa, il-Papa…

Barranin

Fl-Istati Uniti, in-nominat mill-President Donald Trump għall-Qorti Suprema, l-Imħallef Brett Kavanaugh, qal li mhux se jħalli akkużi foloz jitfgħuh ‘l barra mill-proċess tan-nomina. Waqt intervista fuq Fox News, Kavanaugh qal…

Aktar