Saħħa
Sistema ta’ purifikazzjoni tal-ilma fir-Renal Unit fl-Isptar Mater Dei

Fil-preżent f’Malta hawn madwar 220 pazjent b’mard fil-kliewi u li jieħdu trattament ta’ haemodialysis b’mod regolari mill-Isptar Mater Dei. Biex il-magni tal-haemodialysis ikunu jistgħu jaħdmu jkollhom bżonn ilma purifikat. Għal dan l-għan fir-Renal Unit hemm impjant ta’ Reverse Osmosis li jippurifika l-ilma.

Waqt żjara li għamel fir-Renal Unit, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li “għal kull ċiklu ta’ haemodialysis jiġi użat madwar 200 litru ta’ ilma purifikat. U meta tqis li ta’ kull ġimgħa fl-Isptar Mater Dei jsiru 500 ċiklu ta’ haemodialysis, iċ-ċifri li jintużaw kull ġimgħa huma kbar.”

Apparti l-impjant tar-Reverse Osmosis, fl-aħħar xhur sar investiment fuq magni li jippurifikaw l-ilma potable biex ikunu jistgħu jintużaw fi swali oħra fejn ukoll isiru l-haemodialysis, fosthom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva u fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija.

Fl-aħħar snin sar investiment kbir fir-Renal Unit fejn ġew mibdula l-magni kollha li jagħtu l-haemodialysis għal magni aktar effiċjenti li jħallu inqas strapazz fuq il-pazjenti. Dan it-tkabbir sar b’investiment ta’ €5 miljun.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar