Edukazzjoni
Sit ġdid li jgħin lill-istudenti jiskopru x’inhuma l-għażliet ta’ karrieri li jgħoddu għalihom

Il-ħajra li studenti żgħar jaf ikollhom lejn xi karriera partikolari, issa se jkunu jistgħu jwettquha b’aktar informazzjoni permezz tas-sit elettroniku ġdid tal-Ministeru għall-Edukazzjoni. L-għan ta’ dan is-sit hu li jigwida lill-istudenti fl-għażla tas-suġġetti li jridu jagħzlu biex jaslu għall-karriera futura tagħhom.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni nieda sit elettroniku sabiex jgħin lill-istudenti jiskopru l-karrieri li l-aktar jgħoddu għalihom. L-istudenti jistgħu jaċċessaw is-sit http://www.exploremoreproject.eu

Is-sit fost oħrajn fih intervisti ma’ persuni f’impjiegi differenti li jagħtu l-istudenti firxa wiesa’ ta’ mpjiegi f’diversi setturi tal-ekonomija.

Is-sit fih wkoll kwiżż ta’ 15-il mistoqsija li jgħinu l-istudenti jidentifikaw it-triq ‘il qudidem għalihom mil-lat akkademiku, vokazzjonali jew għal xi sengħa.

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni Frank Fabri qal li s-sit elettroniku huwa parti mill-pjan ‘My Journey’ li bih il-bibien tas-sistema edukattiva qed jinfetħu għal kulħadd u mhux l-istudenti kollha huma mistennija jidħlu f’sistema waħda li tgħodd għal kulħadd.

Spjega li b’hekk min hu aktar tajjeb f’suġġetti vokazzjonali jew applikati se jkollhom opportunitajiet fl-iskola daqs dawk li huma tajbin f’suġġetti akkademiċi. Dr Fabri qal li biex jitwettaq dan il-proġett qed isir investiment ta’ €10 miljun f’50 workshop fl-iskejjel sekondarji.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima tkellem dwar l-importanza li wieħed jagħraf li l-edukazzjoni tevolvi kontinwament.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li fejn tidħol l-edukazzjoni sar ħafna xogħol sa mill-kisba tal-indipendenza ‘l hawn. Wissa iżda biex qatt ma nikkuntentaw b’dak li nkiseb għax l-edukazzjoni hija dinamika u l-ambizzjonijiet huma kbar.

Spjega li llum hawn realtajiet ikkumplikati u mimlijin sfidi u għalhekk l-għan jibqa’ biex kemm jista’ jkun jintlaħqu t-tfal kollha. Stqarr madankollu li biex it-tfal jaqgħu lura m’għandux lanqas iżomm lura lit-tfal li kapaċi jiġru.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Lokali

Inqas minn ġimgħatejn bogħod mill-Milied xi ħadd se jkun qiegħed jiċċelebraħ bħala miljunarju hekk kif illejla ntrebħet is-Super 5. Skont il-Maltco, kien hemm biljett wieħed li rnexxielu jaqta’ l-5 numri…

Partit Laburista

F’ċerimonja fuq il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13 il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika. Fi stqarrija ngħad li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-sinjifikat ta’ din il-ġrajja…

Aktar