COVID-19
Sitt barranin f’Malta jgħaqqdu grupp kbir biex jgħinu lill-anzjani

Sitt persuni barranin li jgħixu f’Malta għaqqdu grupp ta’ 180 volontarju bl-isem Invisible Hands, biex jilħqu anzjani u persuni vulnerabbli fil-komunità.

Fi stqarrija l-grupp qal li l-anzjani u l-persuni vulnerabbli li jkollhom bżonn l-għajnuna, bħal xi ħadd li jwasslilhom ix-xirja wara l-bieb, u anki forsi jgħidu kelma miegħu mill-bogħod, għandu japplika fuq is-sit invisiblehandsmalta.org. Dawk li m’għandhomx aċċess għall-internet jistgħu jċemplu fuq in-numru +356 216 691 69.

Bil-għan li jkun evitat l-abbuż bħal dak li seħħ fl-aħħar jiem, b’ħallelin jippużaw ta’ persuni li marru biex jagħtu l-għajnuna, il-grupp qal li kemm l-anzjan u kemm il-volontarju jirċievu SMS awtomatiku meta titwassal ix-xirja biex jivverifikaw l-identità ta’ xulxin.

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Sidien ta’ ħanut tal-kafè li joffri spalla għal dawk li jkunu għaddejjin minn mard serju u esperjenzi trawmatiċi issa sabu wkoll min joffri spalla lilhom. Il-ħanut Jacob’s Brew – Pay…

Temp

L-Uffiċċju Meteoroloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral it-Tramuntana, li iktar tard idur lejn il-Majjistral, ser ikun qawwi għal qawwi ħafna fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sas-siegħa ta’ għada…

Lokali

Il-Gvern Malti se jkompli jikkopera mal-kumplament tal-istati membri biex jkun hemm kordinament fir-rilaxx tal-miżuri, speċjalment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-fruntiera. F’laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej tal-istati membri fil-Mediterran, is-Segretarju…

COVID-19

Il-manifattur Ingliż tal-mediċini AstraZeneca rdoppja l-kapaċitajiet ta’ manifattura għal vaċċin potenzjali għal 2 biljun doża bid-distribuzzjoni mistennija li tibda fil-ħarifa. Bħalissa qed isiru l-provi kliniċi iżda s-sid tal-kumpanija Pascal Soriot…

Aktar