Sitt pulizija jindarbu fi splużjoni ma’ bini tas-sigurtà fl-Eġittu

Fl-Egittu, kmieni dalgħodu, bini tas-sigurtà tal-istat intlaqat minn karozza bomba. Il-Ministeru tal-Intern Eġizzjan qal li jidher li s’issa m’hemmx rapporti ta’ nies mejta, iżda sitt pulizija ndarbu fl-isplużjoni. Il-Ministeru qal li għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filghodu fil-Kajr, raġel waqaf bil-karozza tiegħu quddiem il-bini, qabeż minnha u ħarab b’mutur li kien hemm wara l-karozza. Ftit wara splodiet il-karozza li ħalliet ħofra kbira fit-triq u kkawzat ħsarat f’parti mill-bini tal-Gvern.