Immigrazzjoni
Sitt xhur ħabs talli pprova jaħrab minn Malta mistoħbi fuq il-katamaran

Ġuvni ta’ 20 sena miċ-Chad kien ikkundannat sitt xhur ħabs mill-Maġistrat Nadine Lia wara li ammetta li pprova jaħrab minn Malta.

Il-ġuvni, Adam Ismail, inqabad ġo kontejner fuq il-katamaran li kien sorġut fil-Port il-Kbir lest biex imur Sqallija.

L-attentat seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-5.30 a.m. biż-żagħżugħ jinqabad u jitressaq ftit tal-ħin wara fil-Qorti mill-Ispettur Frankie Sammut.