Sitta, tidwira u umiljazzjoni oħra

It-Tim Nazzjonali Malti tal-Futbol reġà sofra telfa umiljanti oħra fl-aħħar logħba minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 meta tilef bl-iskor ta’ 6-0 kontra d-Danimarka f’Copenhagen.

Din kienet it-tieni telfa b’dan l-iskor tennestiku f’dan il-grupp wara li konna qlajna nofs tużżana wkoll kontra l-Bulgarija f’Sofia iktar kmieni din is-sena.

Il-Maltin daħlu fil-ground demmhom taħt il-blat u xi ftit beżgħana hekk kif kienu konxji li l-avversarji d-Danimarka riedu rebħa bilfors biex jagħaddu u xtaqu skor kbir biex jgħelbu l-isfida tal-Bulgarija biex wieħed minnhom jagħaddi bit-tieni post mill-Grupp. Minkejja din i-rebħa l-Iskandinavi xorta m’għamluhiex għall-playoffs.

Minkejja r-ritorn fl-iskwadra ta’ Andre’ Schembri u Edward Herrera it-tim imexxi minn Ghedin reġa’ ddiżapunta u mhux biss tilef it-tieni partita bi skor kbir f’temp ta’ erbat ijiem iżda wkoll tilef għal darb’oħra mingħajr ma ebda elementi pożittivi matul id-disgħin minuta.

Id-Difensur ta’ esperjanza Luke Dimech ma’ kienx fl-iskwadra inizzjali u kien fuq il-bank tas-sostituti u allura lagħab Ryan Camilleri bħala ċentrali fid-difiża. Kien evidenti sa mill-ewwel battuti tal-logħba li Dimech kien se jinħass sew.

Formazzjonijiet:

Danimarka

K. Schmeichel, P. Ankersen, A. Bjelland, D. Agger, T. Delaney, C. Sloth, W. Kvist, C. Eriksen, M. Krohn-Dehli, E. Larsen, M. Rasmussen.

Malta

J. Haber, A. Muscat, A. Agius, R. Camilleri, C. Failla, R. Briffa, M. Mifsud, E. Herrera, A. Schembri, J. Mintoff, R. Muscat

(Ara ukoll taqsima Sport)

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Bejn nofs l-2018 u nofs is-sena li għaddiet, l-Aġenzija tal-programm ta’ ċittadinaza b’investiment irċeviet 311-il applikazzjoni, dsatax inqas mill-istess perjodu s-sena ta’ qabel, b’żidiet fl-applikazzonijiet mill-Ażja u l-Ewropa. Mindu beda l-programm,…

Trasport

Il-Malta Public Transport nidiet l-ewwel karozza tal-linja li taħdem 100% bl-elettriku fi proġett pilota biex tistudja l-possibiltà li vetturi ta’ dan it-tip jibdew ikunu parti mill-flotta. Konrad Pule mill-Malta Public…

Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Qorti

Alistair Camilleri ta’ 39 sena mill-Marsa baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq akkużat b’sensiela ta’ hold-holdups iktar kmieni dan ix-xahar. Camilleri m’ammettiex l-akkużi kontrih. Hu ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Kontra…

Aktar