Lokali
Skalijiet għandhom jitħallew liberi – multi għal min jingombrahom

Transport Malta qed twassal il-messaġġ li l-iskalijiet għandhom jitħallew liberi.

Fil-ġimgħat li għaddew l-awtorità waħħlet tabelli u għamlet sinjali mal-art viċin ir-rampi biex tfakkar li mhux permess li wieħed jorbot dgħajjes jew jipparkja vetturi u karrijiet b’mod li dawn ir-rampi jiġu mblukkati.

Transport Malta qalet li uffiċċjali tal-awtorità jwettqu spezzjonijiet għall-għarrieda, kemm mill-art kif ukoll minn fuq il-baħar, biex jaraw li ma jkunx hemm ingombru f’dawn ir-rampi. Qalet li min jinqabad jingobra skalijiet b’dgħajjes, karrijiet jew vetturi jiġi mħarrek. Il-multa għal min jingombra mill-art hi ta’ ftit aktar minn €100, waqt li għal min jingobmra fuq il-baħar tista’ titla’ sa €300.

L-awtorità fakkret li mhux permess isir għawm fir-rampi u fejn jorbtu d-dgħajjes. Fakkret li l-għum viċin id-dgħajejs jista’ jkun perikoluż. Għal dan is-sajf, Transport Malta identifikat 50 żona għall-għawm madwar Malta u Għawedex u ħeġġet lill-għawwieme biex jgħumu fihom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Aktar