Lokali
Is-sajjieda se jibdew jiġu kkumpensati jekk jiġbru l-plastik mill-baħar

Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera ħabbar skema għal sajjieda biex jiġbru l-iskart tal-plastik li jinqabad fix-xbieki tagħhom minn qiegħ tal-baħar. Is-sajjieda ser jiġu kkumpensati għal plastik li jinġabar minnhom. Qal li b’dan il-mod is-sajjieda stess se jikkontribwixxu fl-isforzi ta’ tindif fil-baħar filwaqt li jassiguraw is-sostenibbiltà tal-ħut.

Waqt it-tnedija tal-proġett pilota, il-Ministru għall-Ambjent qal li din l-iskema se tiswa madwar €30,000 u biha s-sajjieda ser jiġu kumpensati meta jirkupraw il-plastik li jsibu fil-baħar biex jiġi riċiklat.

Huwa semma diversi miżuri li qegħdin jittieħdu f’dan il-qasam u qal li din hija ħolqa oħra fil-katina għal ibħra aktar nodfa. “Għandna wkoll inizjattiva biex inbiddlu kif is-sajjieda jistadu tradizzjonalment flok jużaw plastik jużaw materjal biodegradable.”

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd Clint Camilleri qal li l-ħarsien tal-ambjent tal-baħar huwa prijorità għall-ambjent. Qal li l-iskema hija parti minn fond ta’ €150,000 li tħabbar fil-budget u l-applikazzjonjiet għaliha se jagħlqu fit-28 ta’ Diċembru.

Qal li l-applikanti jridu jkollhom liċenzja tas-sajd u jkunu awtorizzati biex joperaw il-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar