Lokali
Skeda speċjali għaż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa

Għaż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa l-PBS se jkollu skeda speċjali.

L-iskeda tibda għada f’Ħamis ix-Xirka: Fid-9.15 am TVM2 se jxandar il-Quddies taż-Żjut mill-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Filgħaxija, fis-6.15 TVM2 u Radju Malta se jxandru t-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej mill-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira TVM, Radju Malta u tvm.com.mt se jxandru l-Funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib mix-Xagħra. Fis-5.45pm se tixxandar il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira mix-Xagħra.

Fis-7pm, TVM2 se jxandar La Sollevazione Di Cristo, kunċert ta’ marċi funebri mis-Soċjetà Filarmonika La Vallette.

Fid-9.15pm TVM2 se jxandar il-Via Crucis mill-Kolossew mal-Papa Franġisku.

F’Sibt il-Għid, TVM2 fl-4.30pm se jxandar kunċert mill-Fondazzjoni Pawlus b’tislima lil Mro Joe Vella.

Fit-8pm TVM2, tvm.com.mt u Radju Malta se jxandar il-Funzjoni tal-Vġili tal-Għid mill-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Nhar Ħadd il-Għid TVM u tvm.com.mt se jxandru l-Quddiesa tal-Għid mill-Vatikan fl-10am u wara fl-12pm il-Barka Papali Urbi et Orbi.  Il-Barka Papali se tixxandar ukoll fuq Radju Malta.

L-iskeda speċjali tintemm b’kunċert minn Fr Karm Debattista – The Rhythm To The Melody Line li se jixxandar fit-3:15 fuq TVM2.

Aktar informazzjoni dwar l-iskeda minn hawn.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Mill-istatistika reġjonali ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika rriżulta li sal-2018 f’Malta, Għawdex u Kemmuna kienu jgħixu ftit inqas min-nofs miljun persuna. L-istatistika reġjonali ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li fl-2018 f’Malta,…

Ambjent

Il-BirdLife Malta bdiet proġett ta’ riċerka dwar il-passa tal-gamiem. Qalet li fir-rebbiegħa li għaddiet permezz ta’ ċippa li tpoġġiet fuq tliet gamiem saret taf li tnejn minnhom waslu lura fl-Ewropa…

Kronaka

Il-Korp tal-Pulizija qed jiċħad li ngħatat ordni lil xi uffiċjal tal-pulizija biex jagħmel kuntatt ma’ persuna jew persuni li jmexxu paġna fuq il-midja soċjali biex ineħħu l-filmat ta’ kuntistabbli fuq…

Aktar