Politika
Meta se jivvutaw il-pazjenti fl-isptarijiet u f’San Vinċenz?

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali qalet li l-jum tal-votazzjoni fl-San Vinċenz de Paul, Karin Grech, Mater Dei, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex se jkunu dawn li ġejjin:

  • Residenza San Vinċenz de Paul u 31 dar tal-anzjani (ara Skeda) – is-Sibt, 18 ta’ Mejju, 2019;
  • L-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – il-Ħamis, 23 ta’ Mejju, 2019

Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 am sal-10.00 pm mingħajr waqfien.

Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-31 dar tal-anzjani, jivvotaw f’dawn il-postijiet (fit-18 ta’ Mejju, 2019), dawk il-votanti li huma reġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 11 ta’ Mejju, 2019.

Dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra bħalissa residenti f’San Vinċenz u fid-djar tal-anzjani għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju, 2019.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali qed tavża li fit-18 ta’ Mejju mhux se jkun hemm ħinijiet għal żjarat f’dawn l-istituzzjonijiet.

Fil-każ tal-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, jivvotaw f’dawn il-postijiet (fit-23 ta’ Mejju, 2019) il-votanti rikoverati fihom sas-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tnejn, 20 ta’ Mejju, 2019, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni Elettorali qalet li huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument/i tal-vot tagħhom ikunu fil-pussess tagħhom sal-21 ta’ Mejju, 2019.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Immigrant żagħżugħ ta’ 16-il sena li gidem uffiċjal tad-detenzjoni hekk kif prova jaħrab miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi jumejn ilu baqa’ miżmum arrestat. Iż-żagħżugħ irnexxielu jiddendel mal-fence taċ-ċentru tad-detenzjoni u…

Kostruzzjoni

Il-President tal-għaqda tal-iżvilupatturi Sandro Chetcuti ikkundana mingħajr tlaqliq ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni f’ambjent naturali u fil-wied tal-Imġarr. Huwa qal li l-MDA għandha ħjiel ta’ minn rema l-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fl-Imġarr…

Qorti

Ragel ta’ 58 sena ġie akkużat li ta b’mus lil kuġinuh wara argument fuq kera. L-inċident seħħ jumejn ilu tard waranofsinhar fi Sqaq Warda, f’Ħal Għargħur. Il-vittma, li għandu 74…

Kronaka

Dalgħodu tilfet ħajjitha l-anzjana li ttajret 4 xhur ilu f’San Ġwann. Hija mietet fl-isptar Mater Dei fejn kienet ilha minn dik inhar tal-inċident f’koma kawża tal-ġrieħi serji li ġarrbet f’rasha….

Aktar