Lokali
Skedata r-residenza tal-awtur Ingliż Nicholas Monsarrat

Ir-residenza f’San Lawrenz fejn kien joqgħod l-awtur Ingliż Nicholas Monsarrat magħruf għar-rumanz “The Kappillan of Malta” hija waħda minn żewġ proprjetajiet li ġew skedati fit-tieni grad mill-Awtorita tal-Ippjanar, għall-valur arkitettoniku, storiku u soċjali tagħhom.

Flimkien mad-dar fejn Monsarrat u martu qattgħu l-biċċa l-kbira ta’ ħajjithom, l-Awtorità skedat ukoll Palazz fiż-Żejtun li għandu ġnien ta’ madwar elfejn metru kwadru.

Ir-rumanz popolari “The Kapillan of Malta”, li jirrakonta il-ħajja fil-gżejjer Maltin waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, huwa wieħed mir-rumanzi li l-awtur Ingliż Nicholas Monsarrat kiteb waqt li kien joqgħod f’din id-dar fi Triq il-Wileġ, f’San Lawrenz, Għawdex. Id-dar li fiha għexu l-awtur u martu ġiet skedati fit-tieni grad mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-valur storiku, soċjali u arkitettoniku tagħha.

Mibnija fuq żewġ sulari, id-dar għandha karatteristiċi tipiċi Maltin fosthom arkati, setaħ u taraġ tal-ġebel. Id-dar għandha wkoll ġnien li fih l-awtur Monsarrat kien jispira l-kitbiet tieghu. Din id-dar fir-raħal kwiet ta’ San Lawrenz serqet il-qalb ta’ Nicholas u Ann Monsarrat fl-1968, meta kienu rawha waqt btala f’Għawdex. F’inqas minn 24 siegħa l-awtur u martu ffirmaw il-konvenju għal din id-dar fejn qattgħu l-bqija ta’ ħajjithom.

Meta marru joqogħdu Għawdex, l-awtur u martu kellhom għal qalbhom il-komunità ta’ San Lawrenz u kull sena kien jorganizzaw festin tal-Milied għat-tfal tar-raħal. Nicholas Monsarrat qatta l-bqija ta’ ħajtu f’din id-dar sal-1979. Martu Ann li mietet xahrejn ilu, baqgħet tgħix fid-dar sa ftit snin.

Proprjetà oħra li ġiet skedata fit-tieni grad huwa palazz bi ġnien li nbena lejn l-aħħar tas-seklu 18 fuq medda art ta’ madwar 2,300, fi Triq Luqa Briffa fiż-Żejtun. Il-palazz b’arkitettura neo-klassika għandu faċċata tradizzjoni b’disinn simitriku, li hija għola mill-livell tat-triq. Il-loġġ tal-ħadid li jinsab fuq il-bieb għandu l-ittri D u Z għall-familji Testaferrata u Zamitello li kienu l-ewwel sidien tal-proprjetà.

Fuq ġewwa il-palazz għandu numru ta’ kolonni dekorattivi kif ukoll saqaf tradizzjonali mibni bil-pastaż u l-kileb. Il-ġnien fuq wara tad-dar għandu tul daqs erba t’idjar għandu serje ta’ kolonni mibnija tul il-pasaġġ f’nofs il-ġnien, li jaghti sa Triq il-Ħall. Skont ir-regoli tal-ippjanar, proprjetajiet skedati fit-tieni grad, ma jistgħux jitwaqqgħu u jista’ jsirilhom biss tibdil żgħir.

Aħbarijiet Oħra

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, qal li fil-Budget tas-sena d-dieħla il-Gvern ser ikompli jgħin lill-familji, pensjonanti u negozji minkejja li jinsab f’morsa finanzjarja kawża tal-pandemija. Fost il-miżuri li ser ikunu parti…

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-plejer Maltija ta’ US Sassuolo, Haley Bugeja, fil-Berġa ta’ Kastilja. Il-Prim Ministru tenna li Bugeja qed tagħmel mhux biss isem għaliha, iżda anke isem għal…

Aktar