COVID-19
Skejjel magħluqa sas-sajf – L-istudenti se jirritornaw fl-iskejjel is-sena skolastika li jmiss

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici ħabbar li l-iskejjel issa se jkunu qed jingħalqu għal kollox għal din is-sena skolastika. Dan hekk kif il-Gvern iddeċieda li minħabba l-imxija tal-COVID-19, se jkun qed jagħlaq l-iskejjel sal-aħħar ta’ Ġunju li ġej.

Dan ifisser li l-istudenti għandhom tal-inqas sal-bidu tas-sena skolastika ġdida biex jirritornaw fl-iskejjel.

Spjega li t-tagħlim onlajn se jissokkta, u meta it-tfal jirritornaw fl-iskejjel f’Settembru li ġej, se jitilgħu awtomatikament fis-sena li jkun imiss, jiġfieri mhumiex se jirrepetu s-sena.

Spjega kif fil-każ tal-istudenti tal-Year 6 se tittieħed il-marka tal-assessment, u il-benchmark mhuwiex se jsir.

Ara wkoll:

L-O’Levels u A’Levels mhumiex se jsiru

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jrid politika tal-perswazjoni u mhux tal-arroganza u qal li l-partit għandu jgħaraf li fejn żbalja waqt li għandu l-obbligu li jibni fuq it-tajjeb…

Kronaka

Raġel ta’ 52 sena mis-Siġġiewi jinsab midrub gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding ta’ madwar żewġ sulari. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni, f’Misraħ Forok, ir-Rabat. Il-Pulizija…

Immigrazzjoni

L-ekwipaġġ tal-bastiment Europa II jinsab għall-kenn wara t-tanker CURACAO ‘l barra mill-ponta tal-Jerma f’Wied il-Għajn wara li l-ekwipaġġ Malti kellu jabbanduna l-pożizzjoni tiegħu mat-13-il mil ‘il barra minn Malta, minħabba…

Aktar