Lokali
Skema biex il-Kunsilli Lokali jimplimentaw ideat ġodda biex jitjieb l-immaniġġjar tal-iskart

Il-Kunsilli Lokali se jingħataw iċ-ċans li joħorġu b’ideat innovattivi ta’ kif għandu jsir l-immiġġjar iktar effettiv tal-iskart fil-lokalitajiet tagħhom. Dan permezz ta’ skema ta’ €900,000 li hija mmirata biex tghin lill-Kunsilli jsolvu problemi marbuta mal-ġbir tal-iskart.

Titnieda skema ġdida biex il-Kunsilli Lokali jimplimentaw ideat ġodda ħalli jtejbu l-immaniġġjar tal-iskart. Għal dan il-għan, il-Ministeru responsabbli mill-Gvern Lokali qed jalloka €900,000 li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-Kunsilli Lokali kollha fosthom biex il-ġbir tal-iskart isir b’sistemi differenti skont il-ħtieġa tal-lokalità partikolari.

L-Inġinier Mark Muscat qal li permezz ta’ din l-iskema, il-Kunsilli Lokali jistgħu joħolqu sistemi ġodda għall-ġbir tal-iskart. Qal li xi Kunsilli għandhom problemi jew bil-barranin għax ma jkunx familjari mar-regoli jew persuni oħra li ma jkunux jistgħu joħorġu l-borza tal-iskart fil-ħin allokat mil-liġi.

“Li qiegħda tbati biex timxi ma’ dawn ir-regoli u nevitaw lin-nies jiġu mmultati għax ħarġu l-borża l-ħażina. Ikunu positjiet, dawn jistgħu jitpoġġew għall-komunità tagħhom. Qed ngħidulha sistema innovattiva jew moderna għax ma rriduhomx li Kunsill għamel proposta li mbagħad tiġi damp site ta’ Malta”.

Il-Ministru għall-Gvern Lokali Jose’ Herrera qal il-ħtieġa li l-ambjent jingħata prijorità hija mira li permezz ta’ din l-iskema ser tkompliet tissaħħaħ.

“Hemm id-direttivi Ewropej, kwistjnijiet ta’ natura ambjentali fejn l-iskart jinġabar b’ċertu mod li jkun riżorsa u jiġi riċiklat. Kif qed jiffunanzjaw ċertu kunsilli llum għadna ma lħaqniex dak il-livell. Dawn il-flus huma intiżi sabiex jgħinu lill-Kunsilli Lokali partikolari jinvestu f’metadololoġiji ġodda ta’ kif huma jisseparaw, jiġbru u jżommu l-iskart.”

Il-Ministru Herrera qal li fil-futur qarib l-iskart ser iservi biex il-Kunsilli Lokali jkollhom dħul finanzjarju u sostna li kunsilli fl-istess akwati għandhom jikkolaboraw flimkien biex isolvu problemi komuni dwar l-immaniġġjar tal-iskart.

L-iskema ser tibda titħaddem minn din is-sena stess u ser tkompli matul is-sena d-dieħla bil-għan li l-Kunsilli Lokali jingħataw iż-żmien meħtieġ biex jaraw x’inhuma l-bżonnijiet tal-komunità tagħhom u joħorġu b’soluzzjonijiet ħalli jindirizzaw il-ħtiġijiet tar-residenti.