Kunsilli Lokali
Skema biex issebbaħ il-faċċata tad-dar bil-pjanti u x-xtieli

Residenti ta’ 40 triq fi 15-il lokalità jistgħu jsebbħu l-faċċati tad-djar bi pjanti u xtieli li se jingħatawlhom b’xejn permezz ta’ skema msejħa ‘Rebbiegħa fil-Komunità – Xettel b’Ilwien in-Natura’. Il-Kunsill Lokali bl-isbaħ triq jirbaħ €5,000 biex jinvestihom fil-lokalità.

Fit-tnedija tal-iskema, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Silvio Parnis, qal li l-għan tal-kompetizzjoni hu li r-residenti u l-Kunsilli Lokali jaħdmu id f’id biex isebbħu l-ambjent fil-lokalitajiet.

Żied li fiż-żmien li ġej se joħorġu skemi oħra għall-Kunsilli Lokali fosthom biex jiġu stallati sistemi ta’ tisqija fil-ġonna tal-lokalitajiet. Is-Sur Parnis qal li l-Gvern irid li r-residenti jkollhom lokalitajiet isbaħ.

Id-Direttur Ġenerali tal-Gvern Lokali, Natalino Attard, qal li din l-iskema tkattar is-sens ċiviku fost ir-resident.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Pulizija

Għall-ewwel darba sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Korp tal-pulizija ser ikollu flotta ta’ vetturi ġodda fid-distretti. Il-Korp, illum inawgura ħamsin vettura ġdida u sitt segways li se jintużaw l-aktar fiż-żoni pedonali…

Aktar