Għawdex
Skema ġdida biex tgħin l-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi

L-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi ser jissukta bi skema ġdida Enable Tourism li kienet tħabbret fil-Budget għal din is-sena. L-iskema hija maħsuba biex itejjeb l-aċċessibiltà fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika.

Id-dettalji tagħha tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi. Spjegaw li l-iskema ser tipprovdi għajnuna finanzjarja biex isiru xogħlijiet li jtejbu l-aċċessibiltà kemm f’postijiet li għandhom inqas minn 40 sodda kif ukoll għal postijiet li għandhom aktar minn 40 sodda.

Il-Ministru Caruana qalet li l-Ministeru ta’ Għawdex ser jagħmel tajjeb għan-nofs l-ispiża ta’ din l-iskema maħsuba biex tkompli itejjeb il-prodott turistiku f’Għawdex.

L-iskema Enable Tourism, fi kliem Joe Muscat, l-uffiċjal eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f’Għawdex, se tgħin sostanzjalment biex jintlaqgħu l-miri tal-aċċessibilità mil-operaturi Għawdxin.

Il-Ministru Mizzi qal li Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta, se tkun fuq l-aġenda tiegħu fil-ġranet li ġejjin meta se jżur diversi fieri importanti għat-turiżmu.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament fisser il-passi li qed jieħu l-Gvern f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara li l-Oppożizzjoni tappoġġja l-ftehim bejn…

Parlament

Laqgħa imqanqla tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ġiet sospiża wara li ntalbu żewġ rulings differenti mill-Ispeaker fuq jekk xhud għandux jitħalla jaqra dikjarazzjoni qabel isirulu l-mistoqsijiet. Il-Kumitat kellu jisma’ x-xhieda tad-deputat…

Lokali

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iwissu dwar xorb tal-lumi tad-ditta Piacelli Citrilemon. Fi stqarrija ntqal li wara li saru iktar investigazzjonijiet, instab li l-imsemmi prodott fih sulfati li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta. Lemon…

Aktar