Sport
Skema ġdida għal klabbs sportivi biex inaqqsu l-konsum u jiffrankaw mill-kontijiet tal-elettriku

Tħabbru d-dettalji ta’ skema ġdida maħsuba biex tgħin klabbs sportivi inaqqsu l-konsum tal-enerġija u jiffrankaw il-flus mill-kontijiet tal-elettriku. Għal dan il-għan il-Gvern ivvota nofs miljun Ewro.

Għaqdiet sportivi ser jiġu mgħejjuna bi skema ta’ nofs miljun ewro biex inaqqsu madwar 20 fil-mija tal-konsum tal-enerġija.

L-iskema ser titħaddem mill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma flimkien ma’ Sports Malta, u ser tipprovdi għajnuna finanzjara li tkopri l-ispejjeż kollha jekk l-investiment ma jaqbiżx l-għoxrin elf ewro, u jekk l-investiment ikun akbar, l-għotja li tista’ tilħaq sa’ €50,000.

L-Inġinier Charles Buttigieg mill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma waqt li ħeġġeġ lill-għaqdiet sportivi biex japplikaw, qal li l-applikazzjonijiet se jintlaqgħu sas-6 ta’ Ġunju.

L-Inġinier tal-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, Charles Buttigieg qal “hemm lok fejn isiru solar water heaters, heat pump jekk m’għandhomx bejt, dwal intelliġenti, jew ċertu bdil ta’ appliances li jkunu qodma.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar qal li SportMalta kontinwament tgħin għaqdiet sportivi biex ikunu sostenibbli. Żied jgħid li għal din l-iskema jistgħu japplikaw għaqdiet reġistrati ma’ SportMalta.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, Clifton Grima, qal li f’din l-iskema qed titwettaq wegħda elettorali tal-Gvern. Qal li din l-għajnuna diretta tgħin lil għaqdiet sportivi biex jiffrankaw l-ispejjeż fil-kont tal-energija b’investiment li ma setgħux jagħmlu mingħajr din l-għajnuna tal-Gvern.

Il-Ministru tal-Enerġija u l-Ilma Joe Mizzi qal li ser jiġi provdut is-servizz ta’ inġinier biex jgħin lill-għaqdiet jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom. Qal li b’din l-iskema l-għaqdiet ser jibqagħlhom aktar flus biex itejjbu l-operat tagħhom u tal-isportivi membri tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħafna mix-xogħol fl-industrija tal-kostruzzjoni jinsab wieqaf. Dan ġie konfermat kemm mill-Kamra tal-Periti kif ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi. Dan fid-dawl tar-regolamenti l-ġodda li saru mill-Gvern dwar ix-xogħol ta’ skavar, twaqqigħ u kostruzzjoni…

Kronaka

Tifla ta’ 10 snin u mara ta’ 44 sena spiċċaw l-isptar wara ħabta fiż-Żejtun. L-inċident seħħ fi Triq tal-Barrani għall-ħabta tal-4pm bejn żewġ vetturi. Karozza minnhom kienet misjuqa minn mara…

Lokali

Fl-aħħar tletin sena, minn istitut f’Malta ta’ waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda, iggradwaw ‘il fuq minn 1,000 professjonist fil-qasam marittimu li huma mfittxija għal pariri legali mill-gvernijiet u l-industrija. It-tletin…

Lokali

Il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura qalet li tinsab ippreokkupata bl-għadd ta’ irjus ta’ tonn, karkassi u tonn sħiħ fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni li qed jiġi rrapurtat dan l-aħħar. Fi stqarrija,…

Aktar