Lokali
Skema għall-anzjani biex jgħixu f’darhom bi kwalità ta’ ħajja aħjar

Permezz tal-proposta dwar Equity Release, li ssemmiet fil-budget, mistennija jsiru liġijiet li jippermettu sidien ta’ djar fl-età ta’ 55 sena jew aktar li filwaqt li jibqgħu jghixu f’darhom, isarrfu parti mill-valur tad-dar fi flus ma’ kumpanija tal-assigurazzjoni jew bank li jitħallas lura bl-imgħax meta d-dar finalment tinbiegħ.

Is-sistema diġà taħdem f’pajjiżi oħra u għandha l-għan li tipprovdi suppliment qawwi ta’ flus fl-idejn b’żieda mal-pensjoni u tindirizza sitwazzjonijiet li qed jinħolqu ta’ anzjani li jċedu d-dar tagħhom kultant kontra qalbhom biex imorru f’dar tal-anzjani.

Is-sitwazzjoni hija familjari.

Raġel jew mara bil-pensjoni, li huma sidien ta’ darhom li tiswa eluf ta’ ewro iżda ħafna drabi jgħix biss bil-pensjoni u forsi ftit renti li madankollu m’humiex biżżejjed biex jgħixu l-ħajja komda. Din is-sitwazzjoni tista’ tkun riżolta bl-introduzzjoni ta’ Equity Release kif jispjega David Curmi, konsulent tal-assikurazzjoni.

“Li jagħmel equity release huwa li jekk int ma tixtieqx tbiegħ id-dar għax komdu fejn qiegħed jew togħġbok però tixtieq iżżid il-likwidità u jkollok cash. Isarraf parti mill-valur tiegħek u tibqa’ toqgħod fiha,” qal is-Sur Curmi.

Is-Sur Curmi spjega li ladarba jgħaddu l-liġijiet meħtieġa, kull istituzzjonijiet finanzjarja, inkluż banek u kumpaniji tal-assikurazzjoni, jkunu jistgħu jidħlu fi ftehim bħal dan wara li jkunu għamlu stima tad-dar.

“Dawn qed jagħtuk il-flus fuq bażi li se jiċċarġjawk interessi però int m’għandekx bżonn tħallashom lura sakemm tiġi biex tbigħ id-dar. Ma jkunx hemm repayments kif ikun hemm ‘house loan’ normali. Int ma tħallas xejn lura. Tħallashom lura jinqatgħu mill-valur tad-dar meta d-dar tinbiegħ. U dar tista’ tinbiegħ jew għax propjetarju miet, jew għax il-propjetarju nnifsu jiddeċiedi li jbiegħha.”

Is-Sur Curmi jispjega li sid qatt ma jista’ jieħu l-valur kollu ta’ daru. Jieħu biss sa 50 fil-mija.

“Il-proporzjon jiddependi fuq żewġ affarijiet; il-valur tad-dar u l-età li għandek meta tipprova tieħu l-equity release. Aktar ma tkun kbir fl-età aktar se javvanzawlek fuq il-valur tal-proprjtà. Aktar ma tkun żgħir qatt anqas se javvanzawlek. Normalment qatt ma tieħu aktar min-nofs il-valur tal-proprjeta’ jkollok kemm ikollok żmien,” fisser is-Sur Curmi.

Eventwalment meta jsir il-bejgħ tad-dar, l-ewwel jinqata’ s-self fuq l-equity release li jgħaddi għand l-istituzzjoni finazjarja u l-bilanċ jibqa’ tas-sid jew tal-werrieta tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

L-għafsa ta’ qalb tan-nanniet li huma mċaħda min-neputijiet minħabba sitwazzjonijiet familjari reġgħet tqajmet fil-Parlament waqt sessjoni speċjali li kienet iddedikata lin-nanniet. Tressqet ukoll petizzjoni biex isiru emendi fil-liġijiet li jissalvagwardjaw…

Infrastruttura

Il-proġett sar b’inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-belt Victoria li għalih kiseb ukoll fondi mill-Unjoni Ewropea. Il-post ilu jservi ta’ spazju rikreattiv għat-tfal għal kważi ħamsin sena. Is-Sindku, Samuel Azzopardi, qal li…

Qorti

Raġel li kien qed isuq mutur bla liċenzja meta ntlaqat minn karozza, xorta waħda kien ikkumpensat għad-diżabbiltà li sofra kawża tal-inċident. Massimo Bonello ta’ 45 sena fetaħ kawża quddiem il-Qorti…

Xogħol

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li x-xahar li għadda kien hemm 1,787 persuna jirreġistraw għax-xogħol. Dan juri li kien hemm tnaqqis fil-qgħad ta’ 702 persuni meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena…

Aktar