Ekonomija u Finanzi
Skema ta’ self għall-anzjani li huma sidien ta’ darhom

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li t-task force tal-Gvern ħejjiet il-qafas biex tibda l-iskema ta’ equity release li permezz tagħha persuni anzjani jistgħu jieħdu self minn istituzzjoni finanzarja biex jissumplimentaw id-dħul tagħhom mill-pensjoni. Il-Professur Scicluna ħabbar ukoll li ser isiru regolamenti biex jipproteġu l-anzjani li jiddeċiedu li jċedu r-residenza tagħhom bi tpartit mas-servizz biex jidħlu fid-djar privati tal-anzjani.

Persuni anzjani li għandhom il-proprjetà tagħhom iżda li jistgħu jkunu skarsi mill-flus biex jgħixu l-kwalità tal-ħajja li jixtiequ ser ikunu jistgħu jirrilaxxaw parti mill-valur tad-dar tagħhom waqt li jibqgħu jgħixu f’darhom. Dan ser isir bl-iskema msejħa tal-Equity Release billi jsarrfu sa 60% tal-valur tal-propjetà tagħhom ma istituzzjoni finanzjarji li tgħaddilhom l-ammont f’salt jew perjodikament skont il-ftehim bejn iż-żewġ naħat.

Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna saħaq li din l-iskema volontarja ser tkun regolata bil-mod li l-ammont misluf mill-istituzzjonijiet finanzjarji jkollu rata ta’ mgħax li tibqa’ fissa waqt li l-werrieta jkollhom tliet snin biex jiddeċiedu jekk jifdux is-self li jkun sar jew il-propjetà tinbiegħ biex l-istituzzjoni finanzjarja tiġbor flusha.

Il-Ministru Scicluna qal “din se tkun skema volontarja. Ħa nkunu ċari naħseb li hemm domanda kbira għaliha għax din se tippermetti lill-anzjani, dawk li jridu jibqgħu f’darhom. Però jridu jissuplimentaw il-pensjoni tagħhom billi jieħdu minn fuq id-dar ċertu stream ta’ dħul jew anki sommma, jew anki bank li mbagħad tiġi settled wara l-mewt tal-individwu”.

Il-Professur Scicluna qal li din l-iskema hija miżura oħra li tgħin biex l-anzjani jkollhom dħul adegwat mal-pensjoni tagħhom. Qal li din tista’ tkun bħal forċina għal bosta anzjani li huma sidien ta’ darhom iżda m’għandhomx flus imfaddla biex jibqgħu jgħixu l-kwalità tal-ħajja li jixtiequ. Il-Ministru tal-Finanzi wera t-tama li din l-iskema tibda titħaddem fl-iqsar żmien possibbli.

Qal li l-pass li jmiss huwa li jsiru regolamenti oħra biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm sfruttament ta’ anzjani meta dawn jiddeċiedu li jpartu d-dar tagħhom biex jidħlu u jingħataw servizz b’xejn fid-djar residenzjali tal-anzjani mħaddma mill-operaturi privati. Il-Ministru qal li fost oħrajn dawn l-anzjani għandhom jingħataw parir indipendenti biex jiddeċiedu jaqblilhomx ipartu r-residenza tagħhom mal-għoti ta’ servizz fid-dar tal-anzjani.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Lokali

Residenti li spiċċaw b’parti mid-dar tagħhom imwaqqa’ fi G’Mangia, qalu li TVM li saħansitra spiċċaw jorqdu barra minħabba l-biża’ li xi ħadd seta’ jispiċċaw jidħol u jisraqilhom oġġetti ta’ valur…

Saħħa

Daqshekk pastizzi, pizez, burgers u ċerti xarbiet mill-kafeteriji, ħwienet u magni fl-Isptar Mater Dei f’inizjattiva li biha qed jintbagħat messaġġ favur ikel u xorb tajjeb għas-saħħa. TVM jista’ jikkonferma li…

Kultura

F’Ta’ Qali qed issir fiera iddedikata għall-kaċċa b’aspetti mill-wirja jelenkaw aspetti mill-mod kif qed tkun ipprattikata l-kaċċa f’Malta u lil hinn minn xtutna. It-tradizzjoni tal-kaċċa spiss tqanqal reazzjonijiet kuntrastanti iżda…

Aktar