Budget
Skemi ta’ għajnuna biex persuni jsiru sidien ta’ darhom

Fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali, il-Baġit se jestendi diversi skemi fosthom l-iskema li biha l-Gvern jgħin persuni jsiru sidien ta’ darhom. S’issa, din l-iskema kienet tkopri persuni li kellhom 40 sena jew iktar.

Tħabbar ukoll li se jiżdied il-valur u l-eżenzjoni mit-taxxa tal-boll għal min jixtri l-ewwel u t-tieni proprjetà filwaqt li s-sussidji għall-kirjiet privati se jkunu estiżi biex iktar persuni jkunu intitolati għal din l-għajnuna fuq il-kirjiet.

Minn għada, il-Gvern se jestendi minn €150,000 għal €175,000 il-prezz tal-proprjetajiet li fuqhom ma titħallasx it-taxxa tal-boll minn persuni li jkunu se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. B’din il-miżura, ix-xerrejja se jiffrankaw €6,500. Se jkun hemm ukoll rata imnaqsa tat-taxxa ta’ 3.5% fuq proprjetà b’valur ta’ €175,000 għal min jixtri d-dar fejn joqgħod, u għal dawk li jirtu d-dar fejn joqogħdu.

Riforma oħra hi maħsuba għal dawk li għandhom inqas minn 40 sena, li għalkemm huma eliġibbli għal self mill-banek, m’għandhomx biżżejjed flus biex iħallsu d-depozitu ta’ 10% depożitu. B’din l-iskema, il-Gvern bi ftehim mal-banek, se jsellef l-ammont ta’ depożitu li jitħallas lura bin-nifs fuq medda ta’ 15-il sena, filwaqt li l-imgħaxx fuq is-self jitħallas mill-Gvern.

Dwar is-sussidji għall-kirjiet privati, il-Gvern ħabbar li minn Jannar, se jibbenefikaw aktar nies. Persuna li tgħix waħedha li għandha dħul sa’ €19,000 fis-sena u koppja b’żewġt itfal, li għandha dħul annwali sa €32,000 se jkunu intitolati għas-sussidju.

Skemi mħabbrin fis-snin li għaddew bħal rati vantaġġjużi ta’ taxxa għal dawk li jixtru proprjetà f’Għawdex jew proprjetà f’Żona ta’ Konservazzjoni Urbana u ta’ restawr ta’ proprjetajiet antiki, se jiġu estiżi għal sena oħra. Se tiġi estiża wkoll għal sena oħra l-iskema ‘Irrestawra Darek’.

Dwar l-akkomodazzjoni soċjali, se jiġu rranġati proprjetajiet tal-Gvern li huma fi stat dilapidat biex jintużaw bħala djar soċjali. Tħabbar li se jitkompla x-xogħol fuq il-bini ta’ 1,700 unit tal-housing filwaqt li se jitkomplew il-programm ta’ riġenerazzjoni ta’ blokki ta’ appartamenti fl-oqsma tad-djar.

Is-sena d-dieħla, l-Awtorità tad-Djar se tkompli bix-xogħlijiet fuq appartamenti b’żewġt jew tlett ikmamar skont il-ħtiġijiet tal-anzjani bl-għan li żewġ jew tliet anzjani jgħixu flimkien u jkunu ta’ wens għal xulxin. L-Awtorità se taħdem fuq proġett pilota biex familji b’membri ta’ etajiet differenti jgħixu flimkien bl-għan li jinħoloq sens ta’ komunità.

Minn Jannar li ġej, it- trasferiment tad-drittijiet tal-arja ta proprjetà b’valur ta’ €100,00 se jkunu intaxxati bi 15%. Din it-taxxa se tinġabar mal-kuntratt min-nutar stess. Kull qligħ iktar minn dan il-valur, se jibqa’ intaxxat bir-rata ta’ 35%.

Bit-twaqqif tal-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet, is-sena d-dieħla se tinbena sistema online li għandha tiffaċilita r-reġistrazzjoni tal-proprjetà li fost oħrajn se twassal biex fuq medda ta’ snn l-artijiet kollha jkunu rreġistrati.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ħadd ma weġġa meta ftit wara l-4 p.m.  inqalbet vettura fi Triq Burmarrad direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar. Minħabba li t-triq li fiha nqalbet il-vettura jgħaddu biss karozzi lejn direzzjoni…

Mużika

F’Marzu li ġej l-artisti u kompożituri Maltin ser jerġgħu jibdew jingħataw opportunità jsemmgħu l-kanzunetti tagħhom bil-lingwa Maltija. Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jirritorna wara nuqqas ta’ numru ta’…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ikkonferma li ż-żewġ ċentri ġodda tas-swabbing se jitwaqqfu f’Ħal Qormi u Burmarrad. Fuq programm tar-radju tal-istazzjoni tal-knisja, qal li dawn iċ-ċentri se…

LGBTIQ

Malta varat l-offerta tagħha biex tospita il-EuroPride 2023 biex daħlet għall-aħħar proċess tal-għażla finali li tinkludi wkoll lill-Rotterdam fl-Olanda u Belfast fl-Irlanda. Il-EuroPride hija meqjusa bħala l-iktar avveniment sinjifikattiv fl-Ewropa…

Aktar