Barranin
Skont il-WHO lbieraħ kien l-aktar jum b’każijiet tal-COVID-19 fid-dinja

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ħabbret li lbieraħ kellha l-ikbar ammont ta’ każijiet tal-Covid-19 madwar id-dinja, b’aktar minn mitt elf każ f’erbgħa u għoxrin siegħa. Fid-dinja issa hawn ħames miljun ruħ infettati.

Żewġ terzi minn dawn il-każijiet il-ġodda ġew irreġistrati f’erba’ pajjiżi u wissiet li din il-pandemija se ttul. Minkejja dan bosta pajjiżi inkluż l-Istati Uniti qed joħorġu mil-lock down.

L-iktar pajjiż milqut huwa l-Istati Uniti b’aktar minn miljun u nofs każ, u tnejn u disgħin elf mewt. It-tieni l-iktar pajjiż milqut huwa r-Russja, u wara l-Brażil, ir-Renju Unit u Spanja.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci kkonfermat li għal-lum mhemm l-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta u 13-il persuna oħra fiequ mill-virus. Dan qalitu waqt il-konferenza stampa fejn tkellmet ukoll dwar…

COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

COVID-19

It-tmien vittma tal-Coronavirus f’Malta huwa raġel ta’ 56 sena li kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi. Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, intqal li l-vittma kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, irriżulta pożittiv…

Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Aktar