Kurżitajiet
Skont ix-xagħar, il-qalb!

Irġiel li beda jaqa’ xagħarhom jew jibjadilhom qabel ma għalqu l-40 sena għandhom ċans ikbar li jkollhom problemi b’qalbhom.

Studju riċenti li ġie ppreżentat fid-69 konferenza annwali tal-Għaqda Indjana tal-Kardjoloġija f’Kolkata żvela kif l-irġiel ta’ taħt l-40 sena li għandhom dawn il-karatteristiċi qed jirriskjaw li jkollhom attakk tal-qalb 5 darbiet iktar mill-medja.

Għaldaqstant, huwa rrakkomandat li min beda jaqa’ xagħru jew jibjadlu qabel għalaq 40 sena għandu jagħmel testijiet spissi biex jara li qalbu hija f’saħħitha.  Dan minbarra li għandu jsegwi r-rakkomandazzjonijiet mediċi tal-istil ta’ ħajja li jrid jgħix biex jevita milli jsofri minn xi attakk tal-qalb.

Huwa maħsub li l-kambjamenti f’xagħar l-irġiel ta’ taħt l-40 sena huma riżultat tat-tibdil fl-ormoni, li fil-passat, saru riċerki li jorbtu r-relazzjoni li hemm bejn l-ormoni mar-riskji kardjovaskulari.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Din il-ġimgħa xi ħadd jista’ jkun fortunat jekk jitilgħu n-numri li jagħżel fil-lotterija Amerikana Mega Millions u jirbaħ $654 miljun (ekwivalenti għal €565.5 miljun). Bi premju kbir bħal dan, tista’…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Fl-imgħoddi, meta raġel u mara kienu jiżżewġu kienu jagħtuhom id-dota. Kien ikun missier l-għarusa li qabel tiżżewweġ bintu jagħtiha l-għamara tal-kamra tas-sodda, il-bjankerija,…

Barranin

Il-Greċja bdiet tipprojbixxi  dawk it-turisti li għandhom piż żejjed milli jirkbu l-ħmir f’Santorini. It-trasport tradizzjonali ta’ Santorini se jieħu ftit tar-ruħ wara li s-sidien tal-ħmir ressqu l-ilmenti tagħhom. It-turisti li…

Barranin

Ocean Cleanup se tkun qed tħejji proġett kbir fejn se jinġabar il-plastik kollu li jispiċċa fl-Oċejan Paċifiku. Il-fondazzjoni qalet li l-iskop tal-proġett tagħhom huwa li jnaddfu dak li huwa msejjaħ…

Aktar