Barranin
Skoperta ġdida fuq dawk li ma jħobbux is-sodda

Jekk int wieħed minn dawk li s-sodda mhix wisq ħabiba tiegħek, jista’ jkun li għal dan taħti l-ġenetika.

Skoperta ġdida tindika li dawk li jorqdu inqas mill-medja għandhom mutazzjoni fil-ġene Adrb1, li ġġiegħlhom jorqdu madwar sagħtejn inqas.

L-istudju kien ippubblikat fir-rivista xjentifika Neuron, u sar minn riċerkaturi fl-Università ta’ Kalifornja, li analizzaw il-ġenetika ta’ familja li torqod inqas minn dak li huwa kkunsidrat normali.

L-esperimenti ssokktaw fuq il-ġrieden, fejn instabet ukoll din il-mutazzjoni fil-ġenetika tagħhom. Fil-ġrieden, din il-mutazzjoni tirriżulta f’madwar siegħa inqas ta’ rqad.

X’aktarx li din il-mutazzjoni twassal għal inqas irqad minħabba l-attività newroloġika li tkun għaddejja fil-ġene Adrb1 waqt l-irqad, fejn l-attività ta’ dawk bil-mutazzjoni hija iktar qawwija, u għalhekk jaf tħarbtilhom ir-raqda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifel ta’ disa’ snin mill-Belġju mistenni jiggradwa mill-università u jikseb degree. Laurent Simons qed jistudja l-electrical engineering fl-Università tat-Teknoloġija f’Eindhoven, kors meqjus bħala wieħed iebes anke għal studenti ta’ età…

Barranin

F’esperiment straordinarju, il-linja tal-ajru Qantas kisret rekord dinji, hekk kif irnexxielha ttir minn Londra għal Sydney, b’mod dirett. It-titjira, li kienet twila kważi 18,000 kilometru, damet għaddeja 19-il siegħa, u…

Barranin

Żewġ żgħażagħ inqatlu, u tlieta oħra ndarbu, wara li student spara fuq sħabu fi skola sekondarja f’Kalifornja. L-isparatura seħħet f’Saugus High School f’Santa Clarita, fit-Tramuntana ta’ Los Angeles, ftit tal-minuti…

Barranin

Wara 48 siegħa jgħixu mumenti mill-aktar drammatiċi, ir-residenti u s-sidien tan-negozji f’Venezja ħadu ftit tan-nifs hekk kif stenbħu f’temp bnazzi u bil-livell tal-ilma inqas mir-rekord ta’ kważi żewġ metri fis-sigħat…

Aktar