Ambjent
Skopra l-ismijiet ta’ kważi elf wied madwar il-gżejjer Maltin

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’ postijiet u deskrittivi.

Simon Salafia huwa riċerkatur li għal dawn l-aħħar seba’ snin fittex l-ismijiet tal-widien f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li meta għamel it-teżi żgħira biex jistudja għal gwida, baqgħet tikber ġo fih il-kurżità dwar il-widien li jsebbħu pajjiżna. Sal-lum is-Sur Salafia sab l-isem ta’ 980 wied.

“L-ismijiet tal-widien jistgħu jinqasmu fi 3 gruppi. Hemm dawk li l-isem tal-wied huwa l-isem tal-persuna li jaħdem l-għelieqi f’dik iż-żona, per eżempju hawnhekk fejn qegħdin aħna, viċin il-Mosta, hawn Wied Anġlu. Warajja wkoll, fejn hawn barriera, qabel kien hawn Wied li jisimha Wied Filep. It-tieni kategorija meta għandek ismijiet ta’ widien li huma deskrittivi, bħal Wied il-Għasel, Wied il-Ħarrub, Wied ir-Rummien, Wied il-Ballut. U t-tielet kategorija huma l-ismijiet tal-widien li ġejjin minn isem ieħor ta’ post, eżempju il-Wied ta’ Ħal Lija, il-Wied ta’ Ħal Qormi, l-Wied ta’ Ħal Balzan.”

Is-sur Salafia qal li ċertu ismijiet ta’ widien ma nstabux dokumentati, iżda huma magħrufa bl-isem partikolari tagħhom min-nies tal-post. Interessanti l-fatt li madwar il-pajjiż kollu, huma tlieta biss il-lokalitajiet li m’għandhomx wied.

“Hemm 3 lokalitajiet li t-topografija ma tippermettix li jkun hemm wied. Dawn huma l-Isla, Ta’ Xbiex u Santa Venera. Imbagħad hemm 2 lokalitajiet oħra, Pembroke u Tas- Sliema li għandhom wied imma s’issa għadni ma sibtx l-isem ta’ dan il-wied. Hu interessanti li l-Belt għandha 5 widien.”

Is-Sur Salafia spjega li tul iż-żmien kien hemm widien li ntilfu, fosthom dak qrib Wied il-Għasel, li kien jismu Wied Filep, li mbagħad saret barriera. Kompla jgħid li se ikompli ifittex l-ismijiet tal-widien Maltin biex jippubblika ktieb bl-ismijiet tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-pandemija tal-Coronavirus biddlet il-ħajja tan-nies f’leħħa ta’ berqa. Din il-bidla iżda kienet iktar diffiċli għall-persuni bl-awtiżmu li jsibuha iktar iebsa biex jibdlu r-rutina tagħhom f’daqqa. Fil-Jum Dinji tal-Awtiżmu, omm ta’…

Saħħa

L-imxija tal-Covid-19 ħalliet ukoll il-marka tagħha fuq id-dentistrija. Id-dentisti qed jaraw biss l-pazjenti għal emerġenzi, bi kważi tliet kwarti tal-proċeduri li s-soltu jagħmlu kellhom jiġu posposti. TVM iltaqa’ ma’ żewġ…

Lokali

Ilbieraħ filgħaxija kull min inzerta fl-inħawi tal-bypass ta’ Birkirkara, San Ġwann u l-Għargħur lemaħ mixgħela fis-smewwiet bħala apprezzament għall-ħidma tal-ħaddiema kollha tas-saħħa li huma fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Fl-inizjattiva…

Trasport

Proġetti identiċi fix-xtut ta’ Bormla u ta’ Tas-Sliema. Infrastracture Malta qed tibni żewġ faċilitajiet li se joffru servizz aħjar u aktar effiċjenti għat-trasport bil-baħar minn u lejn il-Belt. Fix-xatt ta’…

Aktar