Barranin
Skopra li ġabuh jidher fuq pakkett sigaretti

Raġel ta’ 60 sena baqa’ skantat hekk kif induna li fuq pakkett tas-sigaretti tefgħu ritratt ta’ siequ maqtugħa bħala twissija kontra t-tipjip u l-perikli li jġib miegħu.

Ir-raġel, li jgħix fi Franza iżda huwa Albaniż, qal li tilef saqajh kawża ta’ sparatura fl-1997 fl-Albanija u mhux minħabba arterji mblukkati ħabba t-tipjip, kif jgħid il-pakkett tas-sigaretti.

Kien ibnu li ġibidlu l-attenzjoni dwar ir-ritratt meta għaraf li kien missieru fuq il-pakkett mill-ħruq u feriti f’siequ.

L-avukat tar-raġel qal li l-klijent tiegħu jħossu tradut u bla dinjità wara li skopra li d-diżabbiltà tiegħu qed tintuża fuq pakketti tas-sigaretti mingħajr il-kunsens tiegħu.

Ir-raġel qal li qatt ma ta l-kunsens biex jintużaw ritratti tiegħu b’dan il-mod u jemmen li dawn ittieħdu meta mar għal vista fi sptar lokali fl-2018. Il-Kummissjoni Ewropea, li hija responsabbli għat-tixrid ta’ dawn it-tip ta’ ritratti, qalet li r-raġel m’għandux raġun għaliex dan ir-ritratt ittieħed fl-2017, sena qabel ma r-raġel mar għall-vista l-isptar.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Għadd ta’ kumpaniji qed joffru inizjattiva ġdida lill-impjegati tagħhom, dik li jaħdmu mid-dar jekk il-lejl ta’ qabel ikunu xorbu. Deskritta bħala ‘hangover day’, dak li jkun jista’ jibbukja dawn il-ġranet…

Barranin

Persuna li sofriet ġrieħi fl-iżbroff ta’ vulkan fi New Zealand, tilfet ħajjitha fl-Awstralja, fejn intbagħtet għall-kura. B’hekk issa l-ammont ta’ vittmi kkonfermati tela’ għal 16, fejn x’aktarx se jiżdied hekk…

Barranin

Il-Kap tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn skuża ruħu mal-partitarji tiegħu għat-telfa fl-elezzjoni ġenerali tar-Renju Unit il-Ħamis li għadda. F’ittri lill-ġurnali Sunday Mirror u Observer, hu ammetta li l-partit falla f’din…

Aktar