Storja
Skopri aktar dwar il-katakombi tal-Abbatija tad-Dejr fir-Rabat

Heritage Malta ser tagħti opportunità lill-pubbliku biex jiskopri l-katakombi tal-Abbatija tad-Dejr, fir-Rabat – sit uniku ta’ Żmien Bikri Kristjan li serva wkoll bħala monasteru tal-eremitaġġ għal patrijiet.

Imħaffer fil-blat, viċin fejn illum hemm il-qasam tad-djar tal-gvern fir-Rabat, il-katakombi tal-Abbatija tad-Dejr għandhom karateristiċi differenti minn katakombi oħrajn anke fl-istess żona tar-Rabat. Dan għaliex huma mħaffrin fil-blat fil-wiċċ u mhux taħt l-art bħal ħafna oħrajn.

Mifrux f’erbgħa ipoġew imħaffrin maġenb xulxin, l-Abbatija tad-Dejr bdiet tintuża bħala katakombi fi żmien bikri Kristjan. Janica Buhagiar minn Heritage Malta qalet li maż-żmien, il-post beda jservi bħala monasteru u baqa’ jintuża mill-inqas sas-seklu 16.

Janica Buhagiar qalet “kien jintuża minn patrijiet. Kienu eremiti li kienu jħossu li għandhom jgħixu ‘l bogħod min-nies. Kienu jgħixu ħajja sekluża hawnhekk f’dawn il-katakombi.”

Fl-1657, l-istoriku Giovanni Francesco Abela ppubblika disinn tal-katakombi u pprovda deskrizzjoni ċara tal-kappella u l-oqbra tiegħu. L-uffiċjal ta’ Heritage Malta qalet li mir-riċerka rriżulta li ntilfu numru ta’ affreski mpittra fuq l-blat għajr għal waħda li ġiet salvata.

“Affresk partikolari li kien fil-kappella meta kien monasteru li kien jirrappreżenta l-Annunzjata u l-Kruċifissjoni li issa fortunatament priżervat fil-MUŻA. Ma stajniex inħalluh hawnhekk minħabba l-ħsara li kienet issirlu” qalet Janica Buhagiar.

Nhar il-Ħadd, Heritage Malta ser tiftaħ il-bibien ta’ dawn il-katakombi għall-ewwel darba. L-aġenzija kulturali ser tingħaqad ma’ Malta Clean Up biex jitnaddaf il-ġnien li jinsab fuq il-katakombi.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Kronaka

Il-Pulizija jidher li tinsab viċin li ssolvi omiċidju li jmur lura ħdax-il sena. Il-każ jitratta tfajla li ilha rappurtata nieqsa mill-2008 u minn investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem irriżulta li…

Aktar