Kultura
Skopri aktar l-iskulturi Greko-Rumani minn darek stess

Bħala parti mill-missjoni tagħha li tagħmel il-wirt kulturali aċċessibbli għall-pubbliku, Heritage Malta qiegħda tintroduċi fis-sit elettroniku tagħha, katalgu ta’ skulturi Greko-Rumani li jiffurmaw parti mill-Kollezzjoni Nazzjonali ta Malta. Kull oġġett imsemmi fil-katalgu huwa akkumpanjat minn riċerka dettaljata ppreżentata mill-Professur tal-Arkeoloġija fl-Università ta’ Malta Anthony Bonanno. 

Dawn l-iskulturi jinsabu esebiti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija l-Belt Valletta, fil-Mużew tal-Arkeoloġija t’Għawdex fiċ-Ċittadella, u fid-Domvs Romana, ir-Rabat, Malta. Għalkemm bħalissa, dawn il-mużewijiet huma magħluqa minħabba l-imxija tal-COVID-19, il-pubbliku huwa mistieden jara u jiskopri aktar informazzjoni dwar din il-kollezzjoni hawn.

Bosta mix-xogħolijiet li ġew inklużi f’dan il-katalgu nstabu fl-1881 waqt skavi arkeoloġiċi li saru fis-sit tad-Domus Romana r-Rabat, Malta. Il-provenjenza tal-bqija mhiex magħrufa, għalkemm uħud jippuntaw lejn Għawdex.

Il-materjal ta’ dawn ix-xogħolijiet ivarja mill-ġebla tal-franka għal irħam abjad ta’ grana rozza, għal grana fina u oħra ifjen tal-irħam abjad. Kull wieħed minn dawn ix-xogħolijiet għandu l-istorja partikolari tiegħu.

Għalkemm oriġinarjament l-iskulturi Rumani kienu magħrufa għall-kopji li ħolqu ta’ biċċiet tal-arti Griegi, maż-żmien huma kkontribwew qatiegħ b’xogħolijiet mill-iprem tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar